Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi f’Beijing

PR251277
Date Icon 14/07/2025

Id-delegazzjoni Maltija wkoll f’taħditiet mal-Ministru għat-Turiżmu Sun Yeli

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, kellu taħditiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, Wang Yi, f’Beijing, nhar it-Tnejn.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jinsab fil-kapitali Ċiniża fl-ewwel jum minn ġimgħa ta’ impenji uffiċjali importanti fl-Asja tal-Lvant, b’laqgħat f’Zhengzhou fil-Provinċja ta’ Henan fiċ-Ċina, it-Tlieta.  Wara jkompli ż-żjara tiegħu ġewwa l-Ġappun, għal aktar taħditiet uffiċjali f'Tokyo. Fl-aħħar tal-ġimgħa ser jieħu sehem ukoll fl-attivitajiet ta’ Jum Malta fil-World Expo 2025, f’Osaka.

Il-Ministru Wang Yi u d-Deputat Prim Ministru Borg tennew l-impenn tagħhom lejn ir-relazzjonijiet dejjiema bejn Malta u ċ-Ċina, u tkellmu dwar opportunitajiet biex jestendu l-kooperazzjoni f’diversi oqsma, inkluż l-ekonomija l-ħadra u l-ekonomija l-blu, l-edukazzjoni, it-turiżmu, is-sajd, u l-konnettività bl-ajru u bil-baħar.

Dr Borg fakkar fl-aħħar żjara tiegħu f’Beijing fl-2023, meta ffirma l-ftehim bejn Malta u ċ-Ċina dwar l-esportazzjoni tat-tonn, li wassal għall-ewwel kunsinni ta’ tonn Malti lejn is-swieq Ċiniżi s-sena li għaddiet.

“L-industrija tas-sajd f’Malta qed tagħraf l-importanza ta’ dawn ir-relazzjoni kummerċjali, hekk kif id-domanda għall-prodotti akwatiċi Maltin ta’ kwalità għolja minn konsumaturi Ċiniżi qed tkompli tikber,” qal id-Deputat Prim Ministru, filwaqt li żied li “issa qed nistennew li nikkonkludu d-diskussjonijiet tekniċi sabiex inkomplu nibnu fuq dan ir-ritmu pożittiv u nwessgħu din il-kollaborazzjoni għal prodotti akwatiċi Maltin oħra.”

Is-Summit bejn l-UE u ċ-Ċina, li se jsir dalwaqt, kien fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa. Id-delegazzjoni Maltija saħqet dwar l-importanza li jinżamm djalogu miftuħ u produttiv bejn l-UE u ċ-Ċina. “Bħala tnejn mill-akbar ekonomiji tad-dinja u sħab kummerċjali ewlenin, l-UE u ċ-Ċina jridu jaħdmu flimkien biex jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali u jegħlbu l-isfidi globali tal-lum, filwaqt li niddiversifikaw is-sorsi u r-rotot tal-provvisti, u nsaħħu r-relazzjonijiet li nbnew matul is-snin,” stqarr Dr Borg.

F’laqgħa separata, id-Deputat Prim Ministru tkellem ukoll mal-Ministru Ċiniż għall-Kultura u t-Turiżmu, Sun Yeli. Huma ffukaw it-taħditiet tagħhom fuq inizzjattivi ġodda li se jitħabbru fil-jiem li ġejjin, u li se jtejbu l-koperazzjoni fuq l-edukazzjoni dwar it-turiżmu, permezz tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) u għadd ta’ istituzzjonijiet edukattivi tat-turiżmu fiċ-Ċina. “L-investiment kapitali f’riżorsi umani b’aktar ħiliet huwa fil-qalba ta’ kull sforz lejn turiżmu sostenibbli u ta’ kwalità. Malta għandha ħafna x’toffri f’dan il-qasam, u dawn is-sħubijiet edukattivi ser ikomplu jappoġġjaw l-industriji turistiċi rispettivi tagħna fis-snin li ġejjin,” qal Dr Borg.

Id-Deputat Prim Ministru u d-delegazzjoni Maltija iltaqgħu ukoll mal-Ministru Liu Jianchao, Kap tad-Dipartiment Internazzjonali tal-Partit Komunista Ċiniż, sabiex jiddiskutu temi ġeopolitiċi kurrenti, filwaqt li saħqu dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni multilaterali biex jingħelbu sfidi globali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi f’Beijing
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi f’Beijing
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi f’Beijing
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg f’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi f’Beijing
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow