Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda edizzjoni oħra tal-fiera ‘I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi’

pr251242
Date Icon 09/07/2025

Nhar il-Ġimgħa 18 ta' Lulju jingħata bidu għall-avveniment 'I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi', fiera tal-karrieri li ssir kull sena u li tindirizza studenti tal-Istat, tal-Knisja u tal-iskejjel indipendenti li jkunu temmew l-edukazzjoni obbligatorja. Dan l-avveniment isir mal-perjodu tal-ħruġ tar-riżultati tal-MATSEC bl-għan li jassisti lill-istudenti tas-Sena 11 (Form 5) biex jevalwaw l-għażliet tagħhom, ifittxu parir u jagħmlu l-għażliet it-tajba.

Waqt li nieda l-fiera tal-karrieri, il-Ministru Clifton Grima, awgura lill-istudenti li fil-jiem li ġejjin għandhom jirċievu r-riżultati tas-SEC, li għall-ewwel darba ħerġin b'format ġdid. “Il-Fiera I Choose hija opportunità oħra li nagħtu kull sena biex l-istudenti jesploraw dak li joffri l-pajjiż u għalhekk jagħmlu għażla tal-karriera skont l-aspirazzjonijiet tagħhom. Hija opportunità eċċellenti biex l-istudenti jiksbu għarfien adegwat dwar korsijiet differenti li jistgħu jsegwu wara l-edukazzjoni obbligatorja. Mhux biss tressaq lill-istudent lejn x'joffri s-settur edukattiv biex ikomplu l-perkors edukazzjoni tagħhom, imma wkoll tressaqhom lejn dawk li huma l-ħtiġijiet emerġenti fid-dinja tax-xogħol," qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru Grima ħeġġeġ lill-istudenti kollha biex jattendu l-fiera I Choose u b'hekk jiksbu l-għajnuna kollha meħtieġa għal għażla importanti tal-futur tagħhom. Studenti tal-10 Sena (Form 4) ukoll jistgħu jattendu biex jibdew jaraw l-opportunitajiet li għandhom quddiemhom. Matul il-jumejn se jingħataw diversi taħditiet dwar setturi diversi minn professjonisti.

Studenti oħra li għadhom kif spiċċaw l-iskola post sekondarja jew terzjarja u membri tal-pubbliku inġenerali li huma interessati li jkomplu jistudjaw jew li jakkwistaw informazzjoni dwar karrieri differenti jsibu wkoll l-informazzjoni u s-sapport li jkollhom bżonn biex jagħmlu għażliet infurmati. L-istudenti li jixtiequ aktar għajnuna wara l-fiera jistgħu wkoll jagħmlu kuntatt mal-career advisors tal-kulleġġi diversi f'Malta u Għawdex u hemmhekk isibu servizz ta' gwida għall-karrieri professjonali.

Dawk kollha li jixtiequ li jkollhom sessjoni ma' gwida tal-karrieri għandhom jibbukkjaw fuq l-email: ichoose@gov.mt.

Din il-fiera edukattiva hija miftuħa l-Ġimgħa 18 ta' Lulju bejn l-16:00 u t-20:00 u wkoll is-Sibt 19 ta' Lulju mid-09:00 sas-13:00 fil-kampus tal-Università ta' Malta fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta. Aktar tagħrif dwar 'I Choose – Nagħżel il-Karriera Tiegħi' jinsab fis-sit elettroniku https://education.gov.mt/i-choose-2025/.

Aktar informazzjoni dwar karrieri differenti u korsijiet post sekondarji disponibbli lokalment jinsabu wkoll fis-sit http://exploremoreproject.eu/en/.

L-informazzjoni hija ppreżentata b'mod interattiv b'mod li tgħin lill-istudenti u dawk kollha interessati biex jidentifikaw is-settur tax-xogħol li huwa ta' interess għalihom. Is-sit web hija kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titnieda edizzjoni oħra tal-fiera ‘I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow