Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imħabbar servizz ġdid ta’ Park & Ride f’Raħal Ġdid flimkien ma’ numru ta’ rotot ġodda u oħrajn estiżi

pr251208
Date Icon 03/07/2025

F’pass ieħor importanti lejn sistema ta’ trasport pubbliku aktar effiċjenti u li taqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-lum, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ħabbar servizz ġdid ta’ Park & Ride mill-parkeġġ tal-Addolorata. Dan is-servizz jifforma parti mill-inizjattiva Reshaping our Mobility, bl-għan li jinħolqu mezzi ta’ trasport alternattivi ġodda kif ukoll jitjiebu dawk preżenti. 

Dan is-servizz ġdid ta’ Park & Ride f’Raħal Ġdid, ser jopera minn parkeġġ li bħalissa għandu kapaċità għal aktar minn 220 vettura. Ser joffri wkoll soluzzjoni diretta għal dawk li jixtiequ jżuru iċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid kif ukoll l-isptar Mater Dei u l-Università permezz ta’ żewġ rotot ġodda. 

Il-Ministru Chris Bonett spjega kif dan is-servizz, li jibda jitħaddem mit-13 ta’ Lulju ’l quddiem, huwa parti minn politika wiesgħa li tiffoka fuq it-tnaqqis tal-konġestjoni fiċ-ċentri tal-irħula. “Dan hu possibbli għaliex qed noħolqu alternattivi affidabbli għall-karozzi privati. Dan il-Park & Ride qed joffri soluzzjoni diretta għal dawk li jixtiequ jżuru iċ-ċentru ta’ Raħal Ġdid b’servizz dirett u effiċjenti minn dan il-parkeġġ,” saħaq il-Ministru Bonett. 

Huwa qal li dan is-servizz ser ikun ta’ benefiċċju kemm għar-residenti kif ukoll għal komunità kummerċjali għaliex qed tiżdied l-aċċessibbiltà għal Raħal Ġdid.  “Qegħdin naħdmu biex fiż-żmien li ġej, nespandu u nżidu servizzi simili f’postijiet oħra madwar Malta fosthom Ta’ Qali li ser iservi kemm ir-Rabat kif ukoll il-Mosta u n-Naxxar. Dawn ser ikunu integrati fin-network preżenti, li qed tinbena b’mod strateġiku biex noffru servizz aħjar u aktar għażla lill-pubbliku,” temm jgħid il-Ministru Bonett.

Dan is-servizz qed jiġi mħabbar l-għada tal-inawgurazzjoni tal-breakwater u ferry landing ġewwa Buġibba. Dan il-proġett jħejji t-triq għal Tallinja bil-Baħar, kunċett ġdid fejn it-trasport pubbliku fuq l-art jintegra ma’ dak tal-baħar biex tinħoloq sistema ta’ mobbilità multimodali.

Il-bidliet f’dawn ir-rotot ser jidħlu fis-seħħ mit-13 ta’ Lulju u jinkludu estensjonijiet ta’ rotot u servizzi ġodda, li għandhom l-għan li jkopru aħjar iż-żoni kollha ta’ Malta, fejn it-trasport pubbliku jagħti l-opportunità lin-nies biex jagħżlu mezzi ta’ trasport aktar sostenibbli u effiċjenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Imħabbar servizz ġdid ta’ Park & Ride f’Raħal Ġdid flimkien ma’ numru ta’ rotot ġodda u oħrajn estiżi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow