Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Għajnuna b’saħħitha u serħan il-moħħ għan-negozji żgħar u self employed biex jikru jew jixtru spazju industrijali mis-settur privat

pr251204
Date Icon 03/07/2025

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri ħabbar skema ġdida mill-Malta Enterprise bil-għan li tgħin negozji żgħar u self employed, ġodda jew stabbiliti li joperaw f’numru ta’ oqsma, biex jixtru jew jikru spazju industrijali mis-settur privat. Din l-iskema se jkollha budget annwali ta’ madwar €2.5 miljuni, bl-ammont sħiħ tal-iskema se jkun ta’ madwar €15-il miljun. 

“F’pajjiżna llum m’għandniex problema kif se nġibu l-investiment, iżda fejn se nakkomodawh. Għalhekk anke f’Viżjoni Malta 2050 qed naraw li l-ftit art industrijali li għandna irridu nippreservawha għall-proġetti li jagħtuna valur miżjud, imma dan ma jfissirx li ninsew in-negozju ż-żgħir jew lis-self employed ninsewh. Qed noffru l-iktar tliet affarijiet essenzjali sabiex negozji jirnexxu, nagħtu stabbilità, serħan il-moħħ u nuqqas ta’ burokrazija,” qal il-Ministru Schembri. 

Din l-iskema hija miftuħa għall-kumpaniji li jaħdmu fis-setturi tal-manifattura, produzzjoni artiġjanali, ippakkjar industrijali, manutenzjoni u tiswija ta’ karozzi, it-tiswija ta’ makkinarju u tgħamir elettroniku, laundry industrijali. L-għajnuna se tkun sa massimu ta’ €300,000 għal kull negozju, mifruxa fuq perjodu ta’ sitt snin u li tkopri sa 50% tal-ispiża totali. L-ispazju jrid ikun utilizzat għall-operat ġdid, biex jiġi estiż operat, għall-ordnijiet akbar, biex tkun imtejba l-katina ta’ distribuzzjoni jew għad-distribuzzjoni. Negozji li joperaw fl-irħula jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema biss jekk jiċċaqalqu għal żona industrijali u l-permess marbut ma’ dak il-garage jaqa’. B’hekk ukoll ikun qed jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti tal-madwar li jinħoloq minħabba tali attività.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise, George Gregory qal li, “Fil-ħames snin li għaddew, ir-Rent Subsidy Scheme kienet ta’ għajnuna konkreta għal ħafna intrapriżi. Matul dan il-perjodu, il-Malta Enterprise għenet ’il fuq minn 50 negozju b’valur ta’ assistenza ta’ aktar minn miljun u nofs (€1,500,000), biex ikopru l-ispejjeż tal-kera industrijali. Grazzi għal din l-iskema, għexieren ta’ negozji espandew il-produzzjoni u ħolqu u ħarsu impjiegi ta’ kwalità. Illum qed nagħmlu pass ieħor ’il quddiem. Din l-iskema hija parti minn strateġija aktar wiesgħa li timxi fuq il-parametri tal-Viżjoni Malta 2050 biex ngħinu lin-negozji Maltin u Għawdxin joħolqu ġid ġdid u impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli.”

Il-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, Paul Abela qal li, “Din l-għajnuna biex tiffaċilita l-kiri u x-xiri ta’ spazji industrijali privati hija essenzjali u bżonjuża u ser tkun ta’ benefiċċju kbir għan-negozji ż-żgħar. Għaldaqstant din l-iskema se tindirizza sfida għan-negozji.”

Aktar informazzjoni fuq din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit ta’ Malta Enterprise: www.maltaenterprise.com jew billi wieħed iċempel fuq 144.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Għajnuna b’saħħitha u serħan il-moħħ għan-negozji żgħar u self employed biex jikru jew jixtru spazju industrijali mis-settur privat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Għajnuna b’saħħitha u serħan il-moħħ għan-negozji żgħar u self employed biex jikru jew jixtru spazju industrijali mis-settur privat
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Għajnuna b’saħħitha u serħan il-moħħ għan-negozji żgħar u self employed biex jikru jew jixtru spazju industrijali mis-settur privat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow