Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Pagament ta’ €4 miljun għall-In-work Benefit lil 24,000 familja - 3,000 familja ġdida bis-saħħa ta’ miżura tal-Budget 2025

pr251203
Date Icon 03/07/2025

Aktar minn 3,000 familja fejn il-ġenituri jaħdmu saru eliġibbli għall-In-work Benefit minn din is-sena, filwaqt li familji oħra qed igawdu minn rati tal-benefiċċju mtejba.

Dan qed iseħħ bis-saħħa ta' tibdil li sar fil-komputazzjoni tar-rata tal-In-work Benefit b'riżultat ta' miżura tal-Budget għal din is-sena.  Barra li jiġi injorat l-ammont ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jkunu tħallsu mid-dħul tal-ġenituri, minn din is-sena beda jiġi injorat wkoll l-ammont ta' taxxa fuq id-dħul li jkun tħallas.

Dawn il-familji huma fost kważi 24,000 li fi tmiem din il-ġimgħa qed jitħallsu t-tieni pagament tal-benefiċċju għal din is-sena.  B'kollox, bejniethom qed jirċievu s-somma ta' madwar €4 miljun li tkopri l-perjodu bejn April u Ġunju. Mill-bidu tas-sena diġà rċevew mat-€8 miljun f'dan il-benefiċċju biss.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon stqarr li dan il-benefiċċju jirrikonoxxi l-bżulija tal-ġenituri li jaħdmu u jgħinhom iżidilhom id-dħul disponibbli tal-familji tagħhom. Kompla jgħid  li mill-2015, meta ġie mniedi l-benefiċċju, il-familji eliġibbli tħallsu bejniethom madwar €83 miljun.

Ħlas ta' bonus għall-pensjonanti tas-servizz li m'għandhomx impjieg

Intant, mal-ħlas tal-pensjoni tas-servizz fl-aħħar ta' Ġunju tħallas ukoll il-Bonus għall-Għoli tal-Ħajja għal dawk li m'għandhomx impjieg u li ma jirċievux benefiċċji soċjali.  Dan il-pagament sar lil ftit aktar minn 1,000 persuna.

Dan il-bonus, li daħal fis-seħħ is-sena l-oħra permezz ta' miżura tal-Budget, jibqa' jakkumula kull sena biż-żieda tal-għoli tal-ħajja sakemm il-persuna jew tibda taħdem jew inkella tibda tirċievi xi tip ta' pensjoni kontributorja.

Għalhekk il-pagament li sar kien jinkorpora l-ammont li kien tħallas f'Ġunju tas-sena l-oħra kif ukoll dak applikabbli ta' din is-sena li jinkorpora minn Jannar sa Ġunju.

Dawn il-pagamenti jsiru darbtejn fis-sena: f'Ġunju u f'Diċembru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow