Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Konsultazzjoni pubblika dwar ir-regolamentazzjoni għall-professjonijiet veterinarji

pr251202
Date Icon 03/07/2025


Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali nieda Avviż Legali għall-konsultazzjoni pubblika dwar ir-regolamentazzjoni, reġistrazzjoni u liċenzjar għall-professjonijiet veterinarji. Bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika ttellgħet laqgħa li għaliha kien hemm preżenti persuni li se jiġu affettwati minn dan l-Avviż Legali, fejn kellhom l-opportunità sabiex jiddiskutu r-regolamentazzjoni l-ġodda li qed jiġu proposti.

Din ir-regolamentazzjoni ġdida se twassal sabiex mhux biss tissaħħaħ il-kwalità tas-servizzi, imma wkoll għal rikonoxximent ċar tal-professjonijiet involuti.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo sostna li l-gvern huwa kommess li jkompli jiddiskuti mal-partijiet ikkonċernati kollha sabiex ikompli jirregolarizza l-professjonisti dedikati fis-settur tal-annimali, mhux biss il-veterinarji, iżda wkoll dawk li jaħdmu magħhom mill-qrib. Dan sabiex ikun hemm qafas regolatorju li jirregola lil dawn il-professjonisti li jaqdu rwol kruċjali biex jiżguraw il-benesseri tal-annimali.

“L-Avviż Legali li qed inniedu għal konsultazzjoni pubblika huwa pass importanti 'l quddiem għax permezz tiegħu qed nipproponu l-introduzzjoni ta' qafas regolatorju għall-professjonijiet para-veterinarji taħt l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji. Dan qed nagħmluh mhux biss biex niżguraw standards professjonali iżda wkoll biex inkomplu nħarsu l-benesseri tal-annimali," spjega l-Ministru Anton Refalo.

Il-professjonijiet li qed jiġu proposti biex jiġu rregolati f'din l-ewwel fażi huma: Infermiera u Tekniċi Veterinarji; Groomers; Farriers; Esperti fil-Ħut; u Trainers tal-Annimali. Aktar 'il quddiem se jkunu qed jiġu rregolarizzati professjonijiet oħra. Permezz ta' dan l-Avviż Legali, il-Kunsill tal-Kirurġija Veterinarja se jkollu s-setgħa biex jirregola, jirreġistra u jilliċenzja dawn il-professjonijiet. B'hekk is-servizzi offruti lis-soċjetà se jkollhom standards għola fir-rigward tal-benesseri tal-annimali.

Il-Ministru Anton Refalo kkonkluda billi ħeġġeġ lill-partijiet interessati sabiex jieħdu sehem f'din il-konsultazzjoni pubblika sabiex flimkien jibnu qafas regolatorju li jkun wieħed ġust u effettiv.

Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa' miftuħa sas-17 ta' Lulju 2025. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur https://www.gov.mt/mt/publicconsultation/Pages/2025/L-0013-2025.aspx.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Konsultazzjoni pubblika dwar ir-regolamentazzjoni għall-professjonijiet veterinarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Konsultazzjoni pubblika dwar ir-regolamentazzjoni għall-professjonijiet veterinarji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow