Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tibgħat 250 tunnellata ta’ għajnuna umanitarja lejn Gaża

PR251199
Date Icon 02/07/2025

Aktar minn €1.1 miljun f’għajnuna lill-poplu Palestinjan fl-aħħar ħames snin

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu se jibgħat 250 tunnellata ta’ dqiq lill-poplu ta’ Gaża fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif l-għajnuna umanitarja totali ta’ Malta lill-poplu Palestinjan fl-aħħar ħames snin issa qabżet il- €1.1 miljun.

L-Erbgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, żar il-mitħna tad-dqiq fil-Marsa, fejn 10,000 borża dqiq qed jiġu ppreparati biex jintbgħatu lejn Limassol, Ċipru, u minn hemm lejn Gaża, f’kollaborazzjoni mal-Gvern ta’ Ċipru u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Servizzi tal-Proġetti (UNOPS). L-ewwel konsenja mistennija titlaq mill-Malta Freeport il-ġimgħa d-dieħla. F’Gaża, din l-għajnuna se tiġi mqassma lin-nies ċivili mill-organizzazzjoni internazzjonali World Central Kitchen.

Wara l-eskalazzjoni fil-ġlied b’reazzjoni għall-attakki terroristiċi tal-Hamas fis-7 ta’ Ottubru 2023, Gaża qed taffaċċja waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji fl-istorja tagħha, b’eluf ta’ vittmi, spostament kbir tal-popolazzjoni, u skarsità kbira ta’ ikel u prodotti essenzjali oħrajn. It-tfixkil fid-distribuzzjoni tal-għajnuna umanitarja f’dawn l-aħħar xhur kompla jaggrava s-sitwazzjoni li kienet diġà kritika.

“Malta tibqa’ ttenni li l-ġuħ qatt ma għandu jintuża bħala arma tal-gwerra u l-komunità internazzjonali trid tingħaqad biex tneħħi kull ostaklu li qed ifixkel il-konsenji ta’ għajnuna li jsalvaw l-ħajjiet tal-poplu f’Gaża,” qal id-Deputat Prim Ministru Borg.

Huwa spjega li d-dqiq huwa wieħed mill-aktar forom essenzjali u aċċessibbli ta’ għajnuna, u ħafna drabi inqas probabbli li jiġi mblukkat jew ittardjat. “Billi nagħtu prijorità lil dawn il-konsenji, flimkien mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħna li għaddejjin, qed nipprovaw ningħaqdu mal-isforzi internazzjonali biex nipprovdu għajnuna diretta u effettiva li tista’ tibda ttaffi s-sofferenza f’Gaża,” qal Dr Borg.

Id-Deputat Prim Ministru fakkar ukoll li Malta qed tkompli tappella għad-deskalazzjoni, it-tmiem immedjat tal-ġlied, u l-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha tas-7 ta’ Ottubru. “Id-djalogu u l-kollaborazzjoni internazzjonali jibqgħu l-uniku triq vijabbli lejn paċi u stabbiltà dejjiema fil-Lvant Nofsani.”

Matul l-aħħar ħames snin, Malta allokat aktar minn €1.1 miljun f’għajnuna lill-Palestina. Dan jinkludi kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali lill-UNRWA, kif ukoll donazzjonijiet lill-UNICEF, il-World Central Kitchen, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn li jappoġġjaw lill-komunitajiet Palestinjani. Malta tkompli wkoll toffri boroż ta’ studju tal-Università ta’ Malta lill-istudenti Palestinjani.

Il-kontribuzzjonijiet tal-Ministeru lill-poplu Palestinjan triplaw fl-2023 u l-2024 meta mqabbla mat-tliet snin ta’ qabel. B’din il-konsenja ta’ dqiq, l-għajnuna ta’ Malta lejn it-territorji Palestinjani fl-2025 se tlaħħaq madwar €350,000.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tibgħat 250 tunnellata ta’ għajnuna umanitarja lejn Gaża
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tibgħat 250 tunnellata ta’ għajnuna umanitarja lejn Gaża
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Malta se tibgħat 250 tunnellata ta’ għajnuna umanitarja lejn Gaża
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow