Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija skema għal servizz veterinarju ta’ emerġenza sabiex tiġi żgurata kura veterinarja urġenti għall-annimali madwar Malta u Għawdex

pr251190
Date Icon 01/07/2025

Wara li l-Ministeru sema’ u evalwa is-sitwazzjoni dwar is-servizzi veterinarji f’pajjiżna, ġie deċiż li tissaħħaħ il-kura veterinarja urġenti għall-annimali. Dan se jseħħ permezz ta' skema b’kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji, sabiex jingħata servizz ta’ emerġenza minn diversi kliniċi liċenzjati. L-għan ewlieni ta’ dan is-servizz huwa wieħed li jiżgura l-kura u l-benesseri tal-annimali matul il-ħinijiet meta s-servizzi veterinarji normalment ma jkunux disponibbli. B’hekk qed tiġi indirizzata l-ħtieġa urġenti għal kura veterinarja ta’ emerġenza aċċessibbli u ta’ kwalità għolja madwar Malta u Għawdex. Dan huwa xhieda wkoll tal-impenn tal-gvern favur il-ħarsien tal-annimali domestiċi.

Permezz ta’ din l-iskema, il-gvern qed jassigura li s-sidien tal-annimali domestiċi:

• Ikollhom aċċess kontinwu għal servizz veterinarju ta’ emerġenza, disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.

• Jistgħu jiksbu kura f’waqtha biex titnaqqas it-tbatija tal-annimali tagħhom bl-aktar mod effettiv.

• Igawdu minn servizz imsaħħaħ permezz ta’ inċentivi finanzjarji offruti lill-kliniċi biex jipparteċipaw f’dan il-programm ta’ emerġenza.

• Jirċievu sapport adegwat, fejn l-ebda sid ma jitħalla waħdu meta jiffaċċja emerġenza relatata mal-annimal tiegħu.

Is-servizz se jkun qed jiġi offrut fi tliet reġjuni, f’Għawdex, fit-tramuntana ta’ Malta kif ukoll fin-nofsinhar ta’ Malta. Il-kliniċi li għandhom liċenzja f’dawn ir-reġjuni msemmija se jiġu mistiedna sabiex jipparteċipaw permezz ta’ rotazzjoni.

Is-servizz se jibda jingħata kull lejl bejn it-8:00pm u t-8:00am kif ukoll bejn it-8:00am u t-8:00pm fil-Ħdud u Festi Pubbliċi sakemm l-Isptar għall-Annimali f’Ta’ Qali jibda jopera b’mod permanenti.

Kliniċi veterinarji li għandhom liċenzja u l-kapaċità flimkien mad-dedikazzjoni biex jipprovdu servizzi ta’ emerġenza ta’ kwalità għolja huma mistiedna jesprimu l-interess tagħhom biex jingħaqdu f’din l-inizjattiva. Id-dettalji kollha tal-iskema, inkluż l-kriterji ta’ eliġibbiltà u r-rekwiżiti tas-servizz, jinsabu fid-dokumentazzjoni tal-Espressjoni ta’ Interess (EOI) li tista’ titniżżel mis-sit vsc.gov.mt.

Fil-jiem li ġejjin, il-Kunsill tas-Servizzi Veterinarji se jħabbar il-kliniċi veterinarji magħżula u li se jkunu qed jipparteċipaw fl-Iskema tas-Servizzi ta’ Emerġenza Veterinarji wara l-ħinijiet uffiċjali. Il-lista tal-kliniċi parteċipanti se tiġi ppubblikata fuq is-sit vsc.gov.mt. Dan sabiex jiġi żgurat it-trasparenza u tingħata informazzjoni ċara lill-pubbliku dwar fejn jistgħu jiksbu kura veterinarja ta’ emerġenza barra mill-ħinijiet tas-servizz normali.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo sostna li l-implimentazzjoni ta’ dan is-servizz huwa xhieda tal-viżjoni tal-Gvern fir-rigward tas-saħħa tal-annimali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow