Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo b’laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-FAO

pr251185
Date Icon 01/07/2025

F’Ruma, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ltaqa’ mad-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) Qu Dongyu qabel l-44 sessjoni tal-Konferenza tal-FAO tal-Ministri tal-Agrikoltura.

Waqt il-laqgħa, id-Direttur Ġenerali tal-FAO faħħar l-appoġġ kontinwu ta’ Malta fil-ħidma favur is-sigurtà tal-ikel globali. Huwa rrikonoxxa l-involviment proattiv ta’ Malta fl-inizzjattivi tal-FAO u l-kontribut tagħha għas-sistemi agrikoli u tal-ikel globali, partikolarment permezz tal-qsim ta’ informazzjoni teknika u kollaborazzjoni mal-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw (SIDS).

Il-Ministru Refalo ta rendikont tal-industriji tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-akwakultura f’Malta.

Fir-rigward tal-agrikoltura ġie diskuss il-metodoloġiji uniċi ta’ Malta relatati man-nuqqas tal-ilma. Hawnhekk id-Direttur Ġenerali rrikonoxxa l-kompetenza ta’ Malta f’dan il-qasam u saħaq li dan għandu jservi ta’ eżempju għal nazzjonijiet oħra li huma milquta minn sfidi ambjentali simili.

Il-Ministru spjega wkoll il-karatteristiċi tal-agrikoltura f’Malta, b’mod partikolari tal-gżira t’Għawdex, fejn iffoka fuq l-isfidi u l-opportunitajiet assoċjati mal-prodotti agrikoli tal-gżejjer żgħar u laqa’ l-kollaborazzjoni mal-FAO sabiex ikompli jissaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli f’dawn l-oqsma.

Matul il-laqgħa, il-Ministru Refalo rreferra wkoll għall-profiċjenza ta’ pajjiżna fil-produzzjoni sostenibbli tat-tonn. Huwa semma l-esperjenza distintiva u l-profiċjenza teknika ta’ pajjiżna f’dan il-qasam li huwa msaħħaħ ukoll mill-pożizzjoni strateġika ta’ Malta fil-Mediterran.

Il-laqgħa pożittiva temmet bi ftehim għal aktar kollaborazzjoni bejn Malta u l-FAO, speċjalment fil-qasam tal-innovazzjoni, is-sajd sostenibbli u li l-qasam tal-agrikoltura jkun reżiljenti għall-klima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo b’laqgħa mad-Direttur Ġenerali tal-FAO
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow