Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA NAO Malta tospita t-23 Assemblea tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI dwar il-Verifiki Ambjentali

pr251182
Date Icon 01/07/2025

Bejn l-1 u t-3 ta' Lulju 2025, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (National Audit Office - NAO) qed jospita t-23 Assemblea tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Verifiki Ambjentali (Working Group on Environmental Auditing – WGEA) fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi ta' Verifika  (International Organisation of Supreme Audit Institutions – INTOSAI). Dan il-Grupp ta' Ħidma għandu rwol ċentrali biex isaħħaħ il-kapaċità tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (Supreme Audit Institutions - SAIs) madwar id-dinja, sabiex jipproduċu evalwazzjonijiet ta' prestazzjoni ta'l-ogħla kwalita' fuq diversi kwistjonijiet ambjentali madwar id-dinja.

It-tema ta' din is-sena, “Auditing our Blue Planet" tiffoka fuq l-isfidi l-kbar marbuta mal-ambjent marittimu u n-nuqqas ta' ilma, b'mod partikolari l-impatti tan-nixfa u d-disponibbiltà tal-ilma tax-xorb. Id-delegati se jesploraw suġġetti important relatati mal-ekosistemi marittimi, il-prattiki sostenibbli fil-Mediterran, l-ekonomija tal-ilma, ir-reżiljenza tal-ilma tax-xorb, u l-konnessjoni bejn il-klima u r-riżorsi tal-ilma.

L-Assemblea se tkun uffiċjalment inawgurata mis-Sur Sami Yläoutinen, Awditur Ġenerali tal-Finlandja u Chairman tal-INTOSAI WGEA, flimkien mas-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali ta' Malta li qed jospita din il-laqgħa. Flimkien ser ikunu qed jilqgħu 115-il delegat minn 46 SAI li jirrappreżentaw pajjiżi differenti minn madwar id-dinja.

Fl-ewwel jum ta' din il-konferenza, l-Onor. Miriam Dalli MP, Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, tat diskors li dwar l-aspett nazzjonali tat-temi ċentrali tal-Assemblea.

Kelliema ewlenin minn istituzzjonijiet internazzjonali magħrufa ser jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet waqt din il-konferenza. Il-programm jinkludi wkoll preżentazzjonijiet minn diversi SAIs dwar eżempji ta' rapporti ta' verifika u l-prattiki rispettivi.

Fit-2 ta' Lulju 2025, ser isiru tnax workshops interattivi dwar suġġetti ewlenin: verifiki dwar it-tniġġis marittimu, metodi innovattivi tar-rappurtar ambjentali, strateġiji dwar il-konnessjoni bejn il-klima u l-ilma, u l-bini tal-kapaċità fil-verifiki ambjentali. Ir-riżultati ta' dawn il-workshops se jiġu diskussi f'sessjoni plenarja.

L-aħħar jum tal-Assemblea, it-3 ta' Lulju 2025, huwa ddedikat għas-Seduta Amministrattiva tal-INTOSAI WGEA. Fost it-temi prinċipali fuq l-aġenda insibu r-reviżjoni tal-attivitajiet għas-snin 2023 sa' 2025, it-tnedija tal-Pjan ta' Ħidma għas-snin 2026 sa' 2028, u Ċerimonja tal-Premjijiet tal-WGEA. L-avveniment ser jintemm b'ċerimonja uffiċjali għall-għoti tal-Presidenza tal-WGEA mis-SAI tal-Finlandja lis-SAI tat-Tajlandja.

Aktar dettalji, inkluż il-programm sħiħ u t-titli tal-preżentazzjonijiet tas-SAIs, huma disponibbli fuq: https://environmental-auditing.org/assembly-2025/.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA NAO Malta tospita t-23 Assemblea tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI dwar il-Verifiki Ambjentali
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA NAO Malta tospita t-23 Assemblea tal-Grupp ta’ Ħidma tal-INTOSAI dwar il-Verifiki Ambjentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow