Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru ġdid tal-Anzjanità Attiva fl-Isla

pr251181
Date Icon 01/07/2025

Ġie inawgurat uffiċjalment Ċentru ġdid tal-Anzjanità Attiva fil-qalba tal-lokalità tal-Isla. Dan iċ-Ċentru qed jopera mill-ġdid minn spazju rinnovat u modern, bħala parti mill-proġett ta' riġenerazzjoni tad-daħla ewlenija tal-istess lokalità.

Il-ftuħ sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea u tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku tal-Isla Clive Pulis.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea qal li dan iċ-Ċentru mhux biss iġib servizz essenzjali eqreb lejn ir-residenti, iżda wkoll joħloq spazju fejn l-anzjani jistgħu jinteraġixxu, jitgħallmu ħiliet ġodda u jkomplu jagħtu sehem attiv lis-soċjetà, f'ambjent iżjed modern. Huwa tenna l-impenn li dawn iċ-Ċentri jkomplu jkunu pilastru tal-kura preventiva u l-involviment soċjali f'kull lokalità. “B'dan iċ-Ċentru qed inkomplu nsaħħu l-preżenza tagħna fil-komunità u nagħtu spinta lill-anzjanità attiva," qal Dr Agius Galea.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ftuħ ta' dan iċ-Ċentru, filwaqt li rringrazzjat lill-Kunsill Lokali tal-Isla u lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għall-ħidma impekkabbli tagħhom. “L-anzjani huma l-qalba ta' dan iċ-Ċentru, li joffri spazju fejn jistgħu jibqgħu attivi, jitgħallmu u jibnu ħbiberiji ġodda. Din il-faċilità l-ġdida fl-Isla hija eżempju ta' kif proġetti ta' riġenerazzjoni jistgħu joħolqu spazji ta' valur fil-komunità. Dan juri kif il-Kunsilli Lokali jistgħu verament ibiddlu l-ħajja tan-nies għal aħjar," sostniet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità bħalissa għandha 35 Ċentru tal-Anzjanità Attiva madwar Malta u Għawdex li jattiraw madwar 2,500 membru b'mod regolari. Il-programm ta' dawn iċ-ċentri jinkludi sessjonijiet ta' eżerċizzju fiżiku, snajja', taħditiet dwar is-saħħa u s-servizzi pubbliċi, kif ukoll ħarġiet kulturali.

Iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva fl-Isla se jkun miftuħ kull nhar ta' Tnejn u Ħamis, bejn is-7:00 ta' filgħodu u t-15:15 ta' waranofsinhar.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru ġdid tal-Anzjanità Attiva fl-Isla
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru ġdid tal-Anzjanità Attiva fl-Isla
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ċentru ġdid tal-Anzjanità Attiva fl-Isla
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow