Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar it-13-il edizzjoni ta’ Ħondoq by Night

pr251166
Date Icon 28/06/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li għal sena oħra se jerġa’ jittella’ wieħed mill-aktar festivals sinonimi mas-sajf f’Għawdex – Ħondoq by Night, il-Ġimgħa, 4 ta’ Lulju 2025 mit-8:30pm ’il quddiem, fix-xatt pittoresk ta’ Ħondoq.

Dan il-festival tant popolari jifforma parti integrali mill-programm Summer in Gozo u se jerġa’ jilqa’ eluf ta’ żgħażagħ u familji għat-13-il edizzjoni ta’ dan l-avveniment. 

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri stqarr li, “Il-ministeru jibqa’ kommess li jappoġġja finanzjarjament festivals bħal dawn li mhux biss joffru divertiment ta’ kwalità iżda jservu wkoll bħala pjattaforma għall-esponiment tat-talent lokali.” Barra minn hekk spjega kif, “illum il-ġurnata, il-kalendarju tal-avvenimenti ġie estiż matul is-sena kollha. Dan jippermettilna nżommu s-sajf stabbli filwaqt li nkomplu nsaħħu t-turiżmu fix-shoulder months bħax-xitwa u l-ħarifa, li tradizzjonalment kienu iktar kwieti f’dak li hu moviment turistiku.” 

Il-programm mużikali ta’ din is-sena jinkludi ismijiet magħrufa ħafna fix-xena mużikali lokali, fosthom Ira Losco & Band, DJ Darko, DJ Carlo Gerada, u DJ Sue, fost oħrajn. Il-festival se jiġi mżewwaq b’effetti tad-dawl spettakolari li jkomplu jagħtu dimensjoni unika lil din il-lejla mużikali f’Ħondoq. 

Illum il-ġurnata, Ħondoq by Night huwa avveniment ewlieni u mistennija fix-xhur tas-sajf, b’suċċess dejjem jikber u b’interess qawwi kemm mit-turisti kif ukoll miż-żgħażagħ tal-Gżejjer Maltin. 

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li l-għan ewlieni jibqa’ li filwaqt li jiġu offruti attivitajiet ta’ livell għoli lir-residenti Għawdxin, tkompli tittejjeb ukoll l-esperjenza kulturali u turistika ta’ Għawdex. 

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq https://eventsingozo.com/event/hondoq-by-night/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar it-13-il edizzjoni ta’ Ħondoq by Night
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titħabbar it-13-il edizzjoni ta’ Ħondoq by Night
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow