Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei

pr251153
Date Icon 26/06/2025

“Ħadd ma għandu jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jibni familja minħabba ostakli finanzjarji jew burokratiċi”, qal il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt l-inawgurazzjoni tar-rinnovar estensiv b’investiment ta’ €3.2 miljun li sar fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei. 

L-ART (Assisted Reproductive Technology) Clinic fl-Isptar Mater Dei toffri servizzi lill-ġenituri prospettivi li qed jiffaċċjaw sfidi ta’ fertilità. Dan il-proġett kien jikkonsisti f’żieda fil-footprint tal-laboratorji; strutturar mill-ġdid tal-ambjent intern fejn jidħlu air pressure cascades, air changes u air filtration biex tiġi żgurata l-kwalità; installazzjoni ta' tagħmir għal monitoraġġ biex tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema; kif ukoll sar tibdil tat-tagħmir kritiku.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal li l-aċċess għall-kura tal-fertilità huwa dritt ta’ kull pazjent. Għaldaqstant, permezz ta’ dan ir-rinnovar, il-gvern qed ikompli jagħmel investimenti b’saħħithom u passi kruċjali ’l quddiem li minnhom ser igawdu n-nies. Kompla billi spjega kif dan is-servizz huwa miftuħ għal kull koppja, individwi u familji differenti. “Bħala Gvern dejjem irrispettajna d-dinjità u l-umanità ta’ kull min għandu xewqa li jsir ġenitur,” tenna l-Ministru Abela.

Il-ministru sostna wkoll li s-servizzi tas-saħħa pubblika f’pajjiżna huma b’saħħithom u jistgħu jikkompeti ma’ kwalunkwe servizz privat, u kif dan l-investiment f’din il-klinika hu simbolu ta’ eċċellenza fis-settur pubbliku.

Huwa semma kif mill-2013 sal-lum twieldu 756 tarbija bil-mezzi tal-IVF fl-Isptar Mater Dei u l-privat. Bħalissa hemm ukoll stennija għat-twelid ta’ 148 tarbija li minnhom hemm 128 tarbija waħda u 10 tewmin. Huwa semma wkoll kif mill-2022 il-gvern għamel rifużjoni ta’ €2.8 miljun fi spejjeż ta’ mediċini assoċjati ma’ mediċini tal-IVF.

“Il-proġett li inawgurajna llum huwa xhieda tal-ħidma kontinwa ffukata fuq il-ġid għan-nies u kien possibbli grazzi għal tmexxija b’sens ta’ solidarjetà. Dan il-proġett jallinja wkoll mal-Viżjoni Malta 2050 hekk kif qed iwassal ukoll għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-pazjenti tagħna,” temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar b’investiment ta’ aktar minn €3 miljun fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow