Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Preżentat uffiċjalment il-kontinġent Għawdxi li se jirrappreżenta lil Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f’Orkney f’Lulju li ġej

PR251146
Date Icon 26/06/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ppreżenta uffiċjalment il-kontinġent li se jkun qed jirrappreżenta lil Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f'Orkney li se jsiru mit-12 sat-18 ta' Lulju li ġej. Team Gozo huwa magħmul minn 51 atleta Għawdxin li se jkunu qed jikkompetu fil-Logħob tal-Gżejjer f'dawn id-dixxiplini: atletika, ċikliżmu, golf, għawm, triathlon u futbol.

Din is-sena Għawdex se jkun qed ikabbar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-Logħob tal-Gżejjer b'tim tal-futbol femminili għall-ewwel darba kif ukoll fid-dixxiplina tal-golf. Dan il-fatt huwa xhieda tal-ambizzjoni, id-determinazzjoni u l-viżjoni inklussiva li għandu l-pajjiż fil-qasam sportiv.

Il-Ministru Camilleri b'sodisfazzjon qal li, “Wara li erba' snin ilu ħdimna bla waqfien sabiex Għawdex sar membru sħiħ tal-International Island Games Association, illum jinsab lest sabiex għat-tieni darba jipparteċipa f'dan il-logħob prestiġjuż li din is-sena se jsir fil-gżira ta' Orkney, fit-tramuntana tal-Iskozja." Huwa fakkar li fl-ewwel parteċipazzjoni ta' Għawdex f'Guernsey sentejn ilu, mhux biss sar l-ewwel pass bħala kontinġent ġdid, iżda l-gżira Għawdxija kisbet erba' midalji – waħda tad-deheb, tnejn tal-fidda u oħra tal-bronż.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega wkoll kif l-isport jinsab fil-qalba tal-viżjoni għall-iżvilupp ta' Għawdex, b'investiment sostanzjali fi proġetti bħall-Padiljun Sportiv u Akwatiku li jinsab fil-fażi finali tiegħu u li se jibda jinfetaħ gradwalment fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-proġett, li diġà ġie mfaħħar minn esperti internazzjonali, se jkun qiegħed jittrasforma l-qafas tal-kultura sportiva f'Għawdex.

F'dan il-kuntest, il-ministru ħabbar li hemm kollaborazzjoni strateġika mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport sabiex, flimkien, jattiraw lejn il-gżejjer tagħna avveniment sportiv mondjali tal-ogħla livell. Hawnhekk sostna li dan kollu qed isir għall-komunità sportiva li taħdem bla waqfien biex tirrappreżenta lil Għawdex.

Waqt li rrefera wkoll għall-impenn kontinwu tal-ministeru li jkompli jiffinanzja u jappoġġja attivitajiet sportivi li mhux biss isaħħu l-ħiliet tal-atleti, iżda jkabbru wkoll l-isem ta' Għawdex fuq livell internazzjonali, il-Ministru Clint Camilleri rringrazzja lil kull min ħadem sabiex din il-parteċipazzjoni setgħet tkun possibbli.

Huwa temm billi awgura lill-atleti kollha suċċess fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Logħob tal-Gżejjer f'Orkney, u assigurahom li se jibqgħu jsibu l-appoġġ sħiħ tal-Gvern.

L-International Island Games ġew organizzati għall-ewwel darba fl-1985. Il-membri f'din l-assoċjazzjoni huma 24 gżira minn madwar id-dinja u l-logħob jiġu organizzati kull sentejn.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fuq https://www.orkney2025.com/ u jżur il-paġna ta' Facebook https://www.facebook.com/gozoislandgamesassociation.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Preżentat uffiċjalment il-kontinġent Għawdxi li se jirrappreżenta lil Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f’Orkney f’Lulju li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Preżentat uffiċjalment il-kontinġent Għawdxi li se jirrappreżenta lil Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f’Orkney f’Lulju li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Preżentat uffiċjalment il-kontinġent Għawdxi li se jirrappreżenta lil Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f’Orkney f’Lulju li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Preżentat uffiċjalment il-kontinġent Għawdxi li se jirrappreżenta lil Għawdex fil-Logħob tal-Gżejjer f’Orkney f’Lulju li ġej
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow