Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINIISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZONI Progress fix-xogħol tal-Kumpless tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far

pr251139
Date Icon 25/06/2025

Waqt żjara li l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima għamel fil-Kumpless tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far, ra l-proċess li qed isir fix-xogħol li għaddej. Permezz ta’ dan ix-xogħol, tqaxxar il-wiċċ li s’issa kien qiegħed jintuża għall-faċilità l-antika tal-Kwart ta’ Mil, apparti xogħol ieħor.

“Din l-Infrastruttura hija importanti ħafna biex eventwalment issir it-trakka tal-karozzi,” spjega l-Ministru Clifton Grima. Huwa qal ukoll li fix-xogħol li qiegħed isir instab li l-pedamenti eżistenti ma kinux addattati għall-faċilitajiet ippjanati għall-proġett. “Għalhekk qed issir ħidma biex ikun hemm il-pedamenti meħtieġa. Huwa evidenti li x-xogħol li qed isir u għalhekk inħares ’il quddiem biex wegħda oħra li għamilna tingħata lill-pubbliku sportiv u lil dawk dilettanti ta’ dan l-isport,” qal il-Ministru Grima.

Huwa segwa d-dokumentazzjoni meħtieġa li tinżamm biex ikun dokumentat ix-xogħol li qiegħed jsir, filwaqt li segwa wkoll il-proċess li permezz tiegħu qed isir xogħol ta’ konkos fuq il-wiċċ tat-triq li se tintuża bħala korsa għall-Kwart ta’ Mil. Bħalissa qed jinbnew ukoll ħitan robusti bi standards internazzjonali li joffru sigurtà lil dawk is-sewwieqa li jkunu qed jipparteċipaw f’avvenimenti li jkunu qed isiru dejjem abbażi tal-permess kif approvat għal din il-faċilità mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-Ministru Grima ngħata wkoll tagħrif dwar il-proċess li qiegħed ikun segwit, li permezz tiegħu jkunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet ta’ ġebel u konkos fuq il-binjiet rispettivi tal-faċilità tal-Kwart ta’ Mil kif ukoll it-tħejjijiet meħtieġa biex jiġu ppreparati sejħiet għall-offerti għal xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, dawk ta’ finitura kif ukoll ta’ tagħmir, għodda u affarijiet oħra anċillari li teħtieġ din il-faċilità biex ’il quddiem ikollha akkreditazzjoni mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi, l-FIA.   

Waqt iż-żjara ta’ dalgħodu l-Ministru stqarr li l-Ministeru huwa kommess li l-faċilità tal-Kwart ta’ Mil, kif imwiegħed, tkun tal-ogħla livell u rringrazzja lill-Bord tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali, l-NDSF, għall-appoġġ finanzjarju biex seta’ jinbeda x-xogħol u għalhekk jitkompla dan il-proġett kif ippjanat.

STQARRIJA MILL-MINIISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZONI Progress fix-xogħol tal-Kumpless tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far
STQARRIJA MILL-MINIISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZONI Progress fix-xogħol tal-Kumpless tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far
STQARRIJA MILL-MINIISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZONI Progress fix-xogħol tal-Kumpless tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far
STQARRIJA MILL-MINIISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZONI Progress fix-xogħol tal-Kumpless tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow