Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlestew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ u tisħiħ tal-aċċessibbiltà u sigurtà fi Ġnien Hastings

PR251121
Date Icon 23/06/2025

Tlesta proġett fi Ġnien Hastings, fil-Belt Valletta, li kien jinkludi xogħlijiet ta’ tisbiħ permezz ta’ tħawwil ta’ pjanti u arbuxelli, installazzjoni ta’ latrina pubblika moderna li hija aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u tinkludi wkoll faċilitajiet apposta għat-tfal, kif ukoll installazzjoni ta’ sistema tas-sigurtà u kameras tas-sigurtà ġodda bil-għan li jitnaqqas il-vandaliżmu u inċidenti fl-istess ġnien.

Dan tħabbar waqt żjara li għamlu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, u s-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, flimkien ma’ kunsilliera oħra tal-istess lokalità. Dan il-proġett jallinja mal-Viżjoni Malta 2050,  sabiex pajjiżna jkollu spazji miftuħa ta’ kwalità għal kulħadd. Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet dan il-ġnien se jkompli jitgawda mir-residenti tal-Belt Valletta kif ukoll minn dawk li jżuru l-Belt, inkluż turisti.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li dan il-proġett huwa parti minn kullana ta’ proġetti  li qed jitwettqu permezz ta’ fondi mill-iskemi maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Kompliet li dawn il-proġetti huma turija tal-ħidma tal-Gvern sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet tagħna. 

“Dan il-proġett jikkonferma kif il-Gvern qed jibqa’ jinvesti fil-Kunsilli Lokali sabiex jagħmlu differenza konkreta fil-ħajja tan-nies. Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed jagħti eżempju ta’ tmexxija tajba, fejn is-sigurtà, l-aċċessibbiltà u l-indafa jmorru id f’id ma’ spazji pubbliċi ta’ kwalità għolja. Proġetti bħal dawn juru kemm il-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu strumentali u effettivi għat-titjib tal-ħajja fil-komunitajiet,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal kif dan l-investiment jikkonferma l-impenn tal-Kunsill biex il-Belt Valletta tkun belt aktar sigura, nadifa u organizzata, fejn kull rokna pubblika tkun imħarsa u adattata għaċ-ċittadini kollha. 

“Dan il-proġett hu eżempju ċar ta’ kif l-investiment f’żoni pubbliċi jista’ jagħmel differenza konkreta fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Għandna responsabbiltà lejn il-komunità sabiex nipproteġu u nsaħħu l-ispazji tagħna, mhux biss bis-sigurtà, imma wkoll bil-ġmiel u l-aċċessibbiltà. Ġnien Hastings jista’ jitgawda minn kulħadd u se nkomplu naħdmu biex jibqa’ spazju sigur u mill-isbaħ fil-Belt Kapitali,” temm jgħid is-Sindku. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlestew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ u tisħiħ tal-aċċessibbiltà u sigurtà fi Ġnien Hastings
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlestew ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ u tisħiħ tal-aċċessibbiltà u sigurtà fi Ġnien Hastings
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow