Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex, b’xogħlijiet għaddejjin f’għadd ta’ toroq fil-Belt Victoria

pr251115
Date Icon 22/06/2025

Għaddejjin ukoll l-aħħar xogħlijiet fil-Padiljun Sportiv u Akkwatiku qabel ma jibda jinfetaħ gradwalment

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar diversi xogħlijiet infrastrutturali li qed isiru fil-Belt Victoria, fosthom Triq l-Ewropa li bdiet tingħata t-tarmak quddiem il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku li issa wkoll wasal fl-istadji finali tiegħu qabel ma jibda jinfetaħ gradwalment biex jitgawda mill-isportivi Għawdxin.

Il-Ministru Camilleri stqarr li “għaddejjin numru ta’ xogħlijiet madwar il-gżira Għawdxija fosthom b’fokus partikolari fir-Rabat Għawdex, biex nagħtu l-upgrade li hemm bżonn f’dawk li huma servizzi. Fi Triq l-Ewropa quddiem iċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv għaddejna numru ta’ servizzi relatati mal-użu tal-istess ċentru. Però aktar minn hekk għaddejjin bi programm b’timeframes qosra, għaddejjin bix-xogħlijiet, upgrade totali tat-toroq li l-aktar jaċċessaw l-Għawdxin kollha fiċ-ċentru tal-Belt Victoria, u hawnhekk ukoll għaddejjin bix-xogħlijiet fuq bypasses ta’ żewġ toroq importanti Triq l-Imgħallem, Triq ta’ wara s-sur kif ukoll Triq Ġorġ Pisani biex kemm jista’ jkun niffaċilitaw il-kwistjoni tat-traffiku fil-Belt Victoria, nagħtu toroq alternattivi sabiex wieħed biex jasal f’Marsalforn ma jkollux għalfejn jgħaddi miċ-ċentru tal-Belt Victoria.”

Huwa kompla jgħid li fil-jiem li ġejjin se komplu jintensifikaw ix-xogħlijiet fuq toroq prinċipali  sabiex tingħata jittejbu l-infrastruttura u servizzi fil-gżira ta’ Għawdex. Dan l-impenn jidher biċ-ċar hekk kif proġetti sinifikanti qed jitlestew u jibdew b’ritmu mgħaġġel, biex b’hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin kollha.

Il-Ministru Clint Camilleri ħabbar ukoll it-tlestija b’suċċess tax-xogħlijiet fi Triq Santa Dminka, il-Belt Victoria. Din it-triq issa hija kompletament lesta, asfaltata, u kompluta bis-sinjali l-ġodda, u reġgħet infetħet għat-traffiku. 

Kif kien ippjanat, Triq Arturo Mercieca issa ngħalqet sabiex beda ix-xogħol fiha. Barra minn hekk, ix-xogħol għadu għaddej b’ritmu mgħaġġel fi Triq l-Ewropa u t-triq il-ġdida Ġorġ Pisani. Dawn il-proġetti jinkludu mhux biss it-tqegħid ta’ tarmak ġdid, iżda wkoll titjib kruċjali fl-infrastruttura ta’ taħt l-art bħad-drenaġġ u l-provvista tal-ilma, kif ukoll soluzzjonijiet għall-immaniġġjar tal-ilma tax-xita.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri saħaq li: “Il-progress li qed naraw fit-toroq tagħna huwa xhieda ċara tal-impenn kontinwu tal-Gvern biex ikompli jinvesti fl-aqwa infrastruttura għall-gżira Għawdxija. Ix-xogħlijiet estensivi li qed isiru madwar Għawdex jirriflettu l-viżjoni tagħna li nagħmlu bidliet pożittivi li jħallu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin kollha. Se nkomplu naħdmu bla heda biex niżguraw li Għawdex ikollu l-infrastruttura li jistħoqqlu.”

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jibqa’ impenjat li jkompli jinvesti f’aktar proġetti ta’ titjib fit-toroq madwar Għawdex biex jiżgura ambjent aktar sigur, modern u sostenibbli għal kulħadd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex, b’xogħlijiet għaddejjin f’għadd ta’ toroq fil-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex, b’xogħlijiet għaddejjin f’għadd ta’ toroq fil-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex, b’xogħlijiet għaddejjin f’għadd ta’ toroq fil-Belt Victoria
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow