Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ l-impenn lejn it-tkabbir tal-Unjoni

PR251089
Date Icon 19/06/2025

Ministri tal-UE jiltaqgħu fi Sqallija fis-70 anniversarju tal-Konferenza ta' Messina

“F'dinja b'alleanzi li qed jinbidlu u b'theddidiet li dejjem jiżdiedu, it-tkabbir tal-UE huwa ħtieġa strateġika kruċjali. Bħala Unjoni, ser inżidu l-isforzi tagħna biex niżguraw li l-proċess ta' tkabbir jitlesta b'mod effettiv."

Il-Ħamis filgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, ingħaqad ma' ministri oħra tal-UE f'Taormina, fi Sqallija, għal laqgħa ministerjali ospitata mill-Italja biex tfakkar is-70 anniversarju tal-Konferenza ta' Messina. Din il-laqgħa tal-1955 kienet ġabret flimkien il-ministri barranin ta' sitt pajjiżi Ewropej, biex jibnu koperazzjoni u integrazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-istati Ewropej, żvilupp li wassal għall-ħolqien ta' Euratom u l-Komunità Ekonomika Ewropea (EEC), li eventwalment saret l-Unjoni Ewropea (UE).

Dr Borg saħaq dwar il-ħtieġa li tkompli għaddejja r-rankatura ta' dawn l-aħħar snin fil-proċess tat-tkabbir, li għall-ewwel darba f'aktar minn għaxar snin qed juri prospetti inkoraġġanti sabiex membri ġodda jingħaqdu mal-UE.

“Lil sħabna mill-pajjiżi kandidati – l-isforzi tagħkom, ir-riformi tagħkom u l-aspirazzjonijiet tagħkom huma rikonoxxuti u apprezzati. Intom parti mill-familja Ewropea. Madankollu, il-proċess ta' tkabbir huwa vjaġġ minn żewġt ibnadi, li jitlob impenn, fiduċja u responsabbiltà kondiviża miż-żewġ naħat," qal Dr Borg, filwaqt li fakkar li r-reviżjonijiet tal-politika ta' qabel is-sħubija ta' membri ġodda, li qed jiġi maħsub mill-Kummissjoni Ewropea, ser jagħti opportunità lill-Istati Membri biex jikkunsidraw modi ta' kif isaħħu l-awtonomija strateġika, inaqqsu d-dipendenzi u jagħtu prijorità lill-isfidi li jistgħu jolqtu liċ-ċittadini Ewropej, tal-lum u t'għada.

“Ser nagħmlu l-almu kollu tagħna biex noffru l-appoġġ kollu sabiex ngħinu lill-imsieħba tagħna jwettqu r-riformi meħtieġa u jinvestu fl-iżvilupp tagħhom, għaliex hekk jixraq liċ-ċittadini Ewropej sħabna f'dawn il-pajjiżi," stqarr id-Deputat Prim Ministru Malti.

Huwa sejjaħ ukoll għal aktar ħidma lejn il-kunċett ta' integrazzjoni gradwali, li jippermetti li ċ-ċittadini jaraw u jħossu b'mod tanġibbli kif is-sħubija fl-UE tista' taħdem għall-ġid tagħhom, u b'hekk jissaħħaħ l-appoġġ lejn sħubija sħiħa fil-futur.

Minbarra l-ministri mill-Istati Membri tal-UE, il-laqgħa ta' nhar il-Ħamis laqgħet ukoll rappreżentanti ta' bosta pajjiżi li bħalissa jinsabu f'diversi stadji tal-proċess ta' sħubija fl-UE, fosthom l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Kosovo, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq, is-Serbja, it-Turkija u l-Ukrajna.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ l-impenn lejn it-tkabbir tal-Unjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ l-impenn lejn it-tkabbir tal-Unjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ l-impenn lejn it-tkabbir tal-Unjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow