AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba drenaġġ li sejjer fil-baħar miż-żona ta' Chalet, Triq it-Torri, Tas-Sliema li jista' jaffettwa l-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali, bl-assistenza ta' uffiċjali tal-Waste Water Unit fi ħdan il-Water Services Corporation, investigaw il-każ u f'qasir żmien ġie kkonfermat li s-sors ġej minn ħsara fis-sistema tad-drenaġġ ta' stabbiliment privat li jinsab fil-viċinanza. Il-każ ser jibqa' jiġi segwit mill-uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
| Kodiċi tas-sit: | B13 ħdejn is-Sliema pitch - B14 il-bajja ta' Qui Si Sana |
| Lokalità | Triq it-Torri, Tas-Sliema. |
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN