Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Għaddej ix-xogħol biex Wied Speranza jkun aċċessibbli għan-nies

PR251078
Date Icon 18/06/2025

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli u l-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implementazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi flimkien ma’ Project Green u rappreżentanti mill-Kunsill Lokali tal-Mosta żaru x-xogħol li għaddej f’Wied Speranza fil-Mosta.

Dan ix-xogħol se jwassal sabiex Wied Speranza jingħaqad ma’ Wied il-Għasel u Wied il-Qlejgħa, b’hekk iż-żona ssir aktar aċċessibbli u sigura għan-nies.

“F’Wied Speranza naraw il-ġmiel tan-natura, speċjalment wara xi maltempata fejn dan il-wied jieħu l-ħajja. B’dan l-investiment qed naraw li jkollna trail f’Wied Speranza li tkun aċċessibbli u sigura biex il-pubbliku jkun jista’ jiġi u jgawdi n-natura fl-aqwa tagħha. Ta’ min wieħed jinnota li dan il-wied huwa wieħed naturali, għalhekk jirrikjedi preservazzjoni sħiħa u ż-żamma tiegħu hija waħda t’importanza ambjentali,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Bħalissa għaddej it-tindif tal-wied u tneħħija ta’ speċi invażivi li jagħmlu ħsara lill-ekosistema ta’ dan il-wied, biex imbagħad jiġu mħawla speċi indiġeni li jikkumplimentaw dan il-wied. Fl-istess waqt għaddej xogħol ta’ restawr fuq il-ħitan tas-sejjieħ li hemm f’dan il-wied. Bħala xogħol preparatorju se jkun qed jiġu mqiegħda coir logs, magħmul minn  materjali biodegradable biex isir livellar tal-passaġġ u jipprevjeni soil erosion.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr, “Dan il-proġett f’Wied Speranza huwa eżempju ċar ta’ kif il-fondi Ewropej qed jintużaw biex jiġu protetti ż-żoni naturali u biex jinħolqu spazji aċċessibbli u sostenibbli għall-komunità. Bħala Gvern se nkompli nfasslu u nimplimentaw proġetti b’viżjoni għal Malta aktar ħadra u aktar inklussiva. Irridu li l-fondi Ewropej jiġu investiti f’proġetti li mhux biss itejbu l-ambjent rurali tagħna, imma wkoll itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.”

Melchior Psaila, il-Project Manager ta’ dan il-proġett qal, “Qed naħdmu bi sħiħ biex nagħtu lura 1,100 metru ta’ passaġġi aċċessibbli għall-pubbliku. Irridu nkomplu nqajmu għarfien fuq il-preservazzjoni tal-widien tagħna, fejn inħeġġu lill-pubbliku biex ma jarmix skart illegali f’dawn il-widien, sabiex tiġi evitata il-ħsara fuq l-ekosistema u l-bijodiversità tagħhom.”

L-isem ta’ dan il-wied, Speranza, ġej minn isem il-kappella li nbniet fl-1760 u li għandha valur storiku u kulturali kbir għall-komunità Mostija. Inbniet fuq l-għar fejn, skont il-leġġenda, tfajla żagħżugħa kienet moħbija u salvat mill-pirati grazzi għal miraklu attribwit lill-Madonna. Il-kappella hija dedikata lill-Madonna tal-Isperanza u fiha hemm statwi u pitturi li jirrappreżentaw din il-leġġenda.

Dan il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD).

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Għaddej ix-xogħol biex Wied Speranza jkun aċċessibbli għan-nies
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Għaddej ix-xogħol biex Wied Speranza jkun aċċessibbli għan-nies
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow