Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Żieda fis-sussidju tal-iskema 'Home Helper of Your Choice' għal iktar indipendenza fil-komunità

pr251069
Date Icon 17/06/2025


Mil-1 ta' Lulju 2025, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) se tkun qed iżżid ir-rata ta' sussidju taħt l-iskema Home Helper of Your Choice minn €8 għal €9 fis-siegħa. Din iż-żieda għandha l-għan li ssaħħaħ l-appoġġ lill-anzjani sabiex ikomplu jgħixu b'mod indipendenti fil-kumdità ta' darhom, bl-għajnuna ta' persuna magħżula u ta' fiduċja.

Permezz ta' din l-iskema, il-benefiċjarji eliġibbli jistgħu jimpjegaw helper li jassisti f'xogħol domestiku ħafif u/jew qadi essenzjali, filwaqt li jirċievu sussidju għal kull siegħa approvata. Bħalissa, 495 anzjan qed jibbenefikaw minn dan is-servizz, li jammonta għal madwar 680 siegħa ta' għajnuna fil-ġimgħa. Din iż-żieda tirrappreżenta nefqa annwali ta' aktar minn €300,000. Investiment dirett mill-Gvern biex ikompli jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja fil-komunità.

Dan tħabbar waqt żjara f'residenza privata f'Ħaż-Żebbuġ mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, flimkien mas-Segretarju Permanenti Dr Renzo Degabriele u l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-AACC, Dr Alex Goby. Matul iż-żjara, huma ltaqgħu mal-familja ta' Gerorosa, Matilde u George Zammit, li huma fost il-benefiċjarji tal-iskema.

Odiana Baldacchino, qariba tal-familja, irrimarkat li grazzi għall-għajnuna regolari mill-helper, il-membri tal-familja tagħha jistgħu jgħixu b'aktar serħan il-moħħ u indipendenza fid-dar tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea sostna, “Irridu li l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità tagħhom b'għajnuna personalizzata u servizzi li verament jagħmlu differenza. Din iż-żieda hija konferma tal-impenn tagħna biex nagħtu s-sapport prattiku meħtieġ għall-ħajja ta' kuljum."

Dan il-pass hu parti mill-viżjoni tal-Gvern biex jissaħħu s-servizzi fil-komunità u jitnaqqas id-dipendenza fuq istituzzjonijiet residenzjali. Inizjattivi bħal dawn juru kif il-kura tista' tkun aktar flessibbli, personalizzata u mmirata lejn il-ħtiġijiet reali tal-anzjani fil-ħajja ta' kuljum.

Ritratti: MHA_PS

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Żieda fis-sussidju tal-iskema 'Home Helper of Your Choice' għal iktar indipendenza fil-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Żieda fis-sussidju tal-iskema 'Home Helper of Your Choice' għal iktar indipendenza fil-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Żieda fis-sussidju tal-iskema 'Home Helper of Your Choice' għal iktar indipendenza fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow