Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-Viżjoni Malta 2050

PR251067
Date Icon 17/06/2025

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta, laqgħet delegazzjoni tal-Gvern li ppreżentatilha d-dokument ta' konsultazzjoni dwar il-Viżjoni Malta 2050 – direzzjoni strateġika għal pajjiżna sal-2050, b'miri li għandhom jintlaħqu sal-2035.

Matul il-laqgħa, il-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri, li mexxa d-delegazzjoni, ta preżentazzjoni fid-dettall dwar x'nibbet il-ħsieb wara din il-Viżjoni nazzjonali, kif ukoll il-pedamenti prinċipali ta' din il-Viżjoni fit-tul, imsejsa fuq erba' pilastri:

•           Tkabbir Ekonomiku Sostenibbli

•           Servizzi Aċċessibbli li jqiegħdu liċ-Ċittadin fiċ-Ċentru

•           Pajjiż Reżiljenti b'Sistema ta' Edukazzjoni Moderna

•           Użu Intelliġenti tal-Art u l-Baħar

Il-Ministru Schembri enfasizza li l-Viżjoni mhix biss dokument ta' aspirazzjonijiet għall-2050, iżda tinkludi wkoll miri speċifiċi sal-2035. Huwa saħaq li l-kejl tas-suċċess mhux se jibqa' jissejjes biss fuq il-prodott domestiku gross (GDP), iżda se jinkludi tliet indiċi ġodda, rikonoxxuti mill-Ġnus Magħquda u l-Eurostat, li jiffukaw fuq il-kwalità tal-ħajja tal-individwu.

Il-Ministru Schembri elenka wkoll il-fażijiet varji tal-konsultazzjonijiet li diġà saru, u spjega kif il-fażi tal-konsultazzjoni pubblika fuq il-Viżjoni Malta 2050 tibqa' miftuħa sad-9 ta' Settembru 2025, fejn il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ jagħti l-kontribut tiegħu fuq: envision2050.gov.mt.

L-Eċċellenza Tagħha laqgħet dan l-eżerċizzju b'mod pożittiv, irrimarkat dwar il-mod li bih qed ikun propost li tiġi mkejla l-kwalità tal-ħajja, u enfasizzat l-importanza li jitrawwem ħsieb kritiku fost il-ġenerazzjonijiet li qed jikbru.

Il-President fakkret ukoll kif, minħabba ċ-ċokon fiżiku tal-pajjiż u l-iskarsezza tar-riżorsi naturali, il-poplu Malti dejjem wera reżiljenza, u stqarret li din għandha tibqa' tkun il-bażi għal futur sostenibbli, b'importanza tingħata lill-innovazzjoni u l-kreattività.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti Ewlieni, is-Sur Tony Sultana, li fisser kif l-amministrazzjoni pubblika trid tkun strumentali għall-implimentazzjoni ta' din il-Viżjoni li teħtieġ koordinazzjoni kontinwa fuq il-livelli u s-setturi kollha tal-Gvern.

Fl-istess laqgħa pparteċipaw ukoll is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mill-istess Viżjoni, is-Sur Ronald Mizzi, id-Deputat Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sur Tyson Fenech, is-Sur Anthony David Gatt mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Sinjura Roberta Albanese Dalli, Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tal-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi.

Akkumpanjat lill-Eċċellenza Tagħha matul l-istess laqgħa s-Sinjura Moira Attard, is-Segretarju tal-Presidenza, kif ukoll is-Segretarju Privat tagħha, is-Sur Christian Vella Masini.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-Viżjoni Malta 2050
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta tilqa’ b’sodisfazzjon il-Viżjoni Malta 2050
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow