Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija l-attivitajiet tal-Imnarja 2025 – Festa li tiċċelebra s-settur agrikolu Malti

PR251048
Date Icon 14/06/2025

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali nieda uffiċjalment il-programm għall-Imnarja 2025, wieħed mill-aktar avvenimenti tradizzjonali u sinifikanti fil-kalendarju kulturali Malti. Din is-sena, il-festa se terġa’ sservi biex tirrikonoxxi l-ħidma, id-dedikazzjoni u l-kontribut kruċjali tal-bdiewa, ir-raħħala u l-ħaddiema fl-agrikoltura u l-biedja Maltija. 

L-Imnarja, li tiġi ċċelebrata fid-29 ta’ Ġunju fil-Buskett, tinkludi tradizzjonijiet antiki, wirjiet ta’ annimali, prodotti agrikoli lokali, mużika folkloristika u kultura rurali – kollha elementi li juru l-wirt agrikolu u l-identità tagħna bħala poplu. 

Waqt it-tnedija, il-Ministru Anton Refalo tenna, “L-Imnarja mhix biss festa iżda hija tifkira ħajja ta’ dak li jfisser li tkun Malti u ta’ kemm il-biedja u l-agrikoltura huma fundamentali għall-identità tagħna. Din il-festa tagħtina l-opportunità biex napprezzaw il-ħidma bla waqfien tal-bdiewa tagħna, li kull sena jkomplu jagħtu l-aħjar tagħhom biex jipproduċu ikel frisk u sostenibbli għall-pajjiż kollu. L-Imnarja tirrappreżenta wkoll l-impenn ċar tal-Gvern lejn iż-żamma tat-tradizzjonijiet u l-appoġġ konkret lil dawk kollha involuti fis-settur agrikolu, b’mod speċjali l-ġenerazzjonijiet ġodda li qed jersqu lejn dan il-qasam bħala għażla ta’ karriera.”  

Il-programm ta’ attivitajiet għall-Imnarja 2025 jingħata bidu nhar is-Sibt 21 ta’ Ġunju bl-isfilata tradizzjonali tal-Bandu tat-tiġrijiet tal-Imnarja. Nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju u fil-Jum tal-Imnarja hemm numru ta’ attivitajiet li se jiġu organizzati fosthom kompetizzjonijiet għall-annimali, wirjiet edukattivi għat-tfal u l-adulti, se jiġu promossi prodotti lokali, kif ukoll attivitajiet kulturali u spettakli mużikali li jkomplu jsaħħu l-esperjenza ta’ dawk kollha li jattendu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija l-attivitajiet tal-Imnarja 2025 – Festa li tiċċelebra s-settur agrikolu Malti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija l-attivitajiet tal-Imnarja 2025 – Festa li tiċċelebra s-settur agrikolu Malti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imnedija l-attivitajiet tal-Imnarja 2025 – Festa li tiċċelebra s-settur agrikolu Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow