Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur Ċentru ta’ Servizzi għat-Tfal, Adolexxenti u Żgħażagħ fir-Rabat Għawdex

pr251044
Date Icon 13/06/2025

Il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, żar iċ-Ċentru ta' Servizzi għat-Tfal, Adolexxenti u Żgħażagħ fir-Rabat Għawdex.

Dan iċ-ċentru modern joffri firxa ta' servizzi mediċi u terapewtiċi għat-tfal, adeloxxenti u żgħażagħ, fosthom occupational therapy, fiżjoterapija, speech therapy, psikjatrija tat-tfal u l-adolexxenti, kif ukoll servizzi ġodda bħal dental hygienist edukattiv, pedjatrija tal-komunità u terapija tal-familja.

Minn dan iċ-ċentru, li jinsab viċin tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, qed jibbenefikaw madwar 300 tifel u tifla flimkien mal-familji tagħhom.

Waqt din iż-żjara l-Prim Ministru kellu l-opportunità jiltaqa' ma' diversi familji li kienu qed jagħmlu użu minn dan is-servizz.

Il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lit-tim tal-professjonisti li qed joffru dan is-servizz essenzjali f'ambjent adattat u inklussiv.

Huwa saħaq fuq l-importanza ta' servizzi li jqiegħdu lit-tfal u l-familji tagħhom fiċ-ċentru tal-kura, u li jkunu aċċessibbli wkoll għall-komunità Għawdxija.

Dan iċ-ċentru jikkumplimenta l-viżjoni tal-Gvern li joffri kura integrata u sostenibbli, inkluż f'Għawdex, fejn qed isir investiment kontinwu fil-faċilitajiet tas-saħħa u fil-kapaċità tal-professjonisti tas-settur.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur Ċentru ta’ Servizzi għat-Tfal, Adolexxenti u Żgħażagħ fir-Rabat Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur Ċentru ta’ Servizzi għat-Tfal, Adolexxenti u Żgħażagħ fir-Rabat Għawdex
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur Ċentru ta’ Servizzi għat-Tfal, Adolexxenti u Żgħażagħ fir-Rabat Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow