Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Spazju miftuħ ġdid fis-Siġġiewi b’tifkira għal Mirabelle Falzon

PR251035
Date Icon 12/06/2025

Spazju miftuħ ġdid ta’ 2,570 metru kwadru ġie inawgurat fis-Siġġiewi, f’tifkira ta’ Mirabelle Falzon — tfajla żagħżugħa mis-Siġġiewi li sfortunatament tilfet ħajjitha f’traġedja sena ilu. Mirabelle kienet impjegata ma’ INDIS Malta, l-entità responsabbli minn dan il-proġett, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u l-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF).

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri tkellem dwar kif dan il-proġett jirrifletti l-impenn tal-gvern li joħloq aktar spazji ħodor fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. Dan l-impenn huwa wkoll parti mir-raba’ pilastru ta’ Viżjoni Malta 2050, li jimmira li jespandi spazji miftuħa għall-familji Maltin u Għawdxin filwaqt li jipproteġi l-ambjent u l-art agrikola.

L-ispazju jinkludi zipline ta’ 30 metru, faċilitajiet moderni b’sistema ta’ sigurtà (CCTV), teknoloġija sostenibbli bħal sistema tad-dawl li taħdem bil-pannelli solari, u pillar għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi. Barra minn hekk, ġew imħawwla 80 siġra ġdida, flimkien ma’ sistema ta’ irrigazzjoni awtomatika li taħdem minn ġibja dedikata, biex tiġi żgurata manutenzjoni effiċjenti u sostenibbli.

Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €850,000, iffinanzjat permezz ta’ fondi mill-programm taċ-ċittadinanza b’investiment. Il-proġett mhux biss jagħti ħajja ġdida lil spazju li kien abbandunat, iżda wkoll jservi bħala xhieda ta’ rispett, solidarjetà u responsabbiltà soċjali lejn il-memorja ta’ Mirabelle u l-komunità kollha tas-Siġġiewi.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ INDIS Malta, Jean Pierre Attard, qal li dan huwa eżempju ta’ kif entitajiet pubbliċi jistgħu jikkontribwixxu konkretament lejn il-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet tagħna, billi joħolqu spazji ta’ mistrieħ, rilassament u armonija mal-ambjent għall-familji kollha.

Il-Kap Eżekuttiv tal-NDSF, Raymond Ellul spjega, “Dan il-proġett jikkontribwixxi b’mod konkret lejn il-miri tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), billi jippromwovi aktar spazji ħodor fil-lokalitajiet tagħna. Inizjattivi bħal dawn mhux biss itejbu l-kwalità tal-ħajja llum, iżda wkoll iħallu wirt ta’ valur għall-ġenerazzjonijiet futuri. Maħsub bħala proġett sostenibbli u sigur, dan jirrifletti l-viżjoni tal-NDSF li jsaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli madwar il-pajjiż.”

 Il-ġenituri ta’ Mirabelle Falzon irringrazzjaw minn qalbhom lil kull min b’xi mod għen sabiex dan il-proġett seta’ jsir realtà. Huma żiedu jgħidu li, “bis-saħħa ta’ dan il-proġett, issa binti tista’ tibqa’ tissemma u l-memorja tagħha tibqa’ tgħix.”

Is-Sindku tas-Siġġiewi Julian Borg qal li s-suċċess ta’ dan il-proġett jirrappreżenta l-qawwa tal-viżjoni sostenibbli u l-valur ta’ impenn kollettiv. Sostna kif minn post li kien mimli rimi illegali, ipparkjar ta’ trailers u abbuż ambjentali, issa ġie mibdul f’spazju miftuħ li jista’ jintuża minn kulħadd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Spazju miftuħ ġdid fis-Siġġiewi b’tifkira għal Mirabelle Falzon
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Spazju miftuħ ġdid fis-Siġġiewi b’tifkira għal Mirabelle Falzon
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Spazju miftuħ ġdid fis-Siġġiewi b’tifkira għal Mirabelle Falzon
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow