Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Malta fit-tieni post fl-Unjoni Ewropea fil-Qasam tal-Ħajja Indipendenti ta’ Persuni b’Diżabilità

PR251032
Date Icon 12/06/2025

Il-kontribut ta' Malta lejn id-dritt għall-ħajja indipendenti għal persuni b'diżabilità ġie rikonoxxut b'mod pożittiv mill-Independent Living Survey 2024, ippubblikat mill-European Network on Independent Living (ENIL). Skont ir-riżultati, Malta kisbet punteġġ ta' 2.8 fuq 5, u b'hekk tinsab fit-tieni post fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, wara l-Iżvezja.

L-istħarriġ evalwa b'mod komprensiv diversi aspetti relatati mal-ħajja indipendenti fosthom: l-għajnuna personali, l-aċċess għat-trasport, l-edukazzjoni inklużiva, is-saħħa, id-djar aċċessibbli u l-parteċipazzjoni soċjali. Malta wriet prestazzjoni b'saħħitha b'mod partikolari fl-għajnuna personali (3.05), it-trasport aċċessibbli (3.3) u l-advocacy (3.3), li huma elementi kruċjali biex persuni b'diżabilità jgħixu b'dinjità u b'indipendenza sħiħa.

Dan ir-riżultat huwa frott l-isforzi kontinwi li qed isiru mill-gvern, b'kollaborazzjoni sħiħa mal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità u s-soċjetà ċivili biex titjieb il-kwalità tal-ħajja u tiġi promossa l-inklużjoni sħiħa fis-soċjetà.

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, fissret is-sodisfazzjon tagħha għal dan ir-riżultat. “Ir-riżultat miksub minn Malta f'dan l-istħarriġ Ewropew huwa frott politika konsistenti li tpoġġi d-drittijiet u l-awtonomija tal-persuni b'diżabilità fiċ-ċentru tal-politika tagħna. L-investiment f'sistemi ta' għajnuna personali, trasport aċċessibbli u strutturi ta' advocacy b'saħħithom qed jagħtu l-frott. Dan huwa pass ieħor 'il quddiem fil-ħidma tagħna biex nonoraw l-obbligi tagħna skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, u biex niżguraw li l-politika tagħna tibqa' mibnija fuq il-prinċipji ta' inklużjoni u ġustizzja soċjali. Iżda konxji wkoll li hemm bżonn ta' titjib kontinwu biex nilħqu livelli ogħla ta' protezzjoni u awtonomija għal kulħadd."

Ir-rapport sħiħ jista' jiġi aċċessat fuq: https://enil.eu/wp-content/uploads/2025/05/Independent-Living-Survey-2024_WEB.pdf.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow