Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Malta sservi ta’ mudell għal pajjiżi oħra fid-dinja tax-xogħol

PR251021
Date Icon 11/06/2025

Matul il-konferenza internazzjonali dwar ix-xogħol f’Ġinevra u li għaliha attendew l-Istati Membri kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul esprima l-impenn tal-Gvern Malti lejn il-ġustizzja soċjali u xogħol dinjituż, żewġ prinċipji ewlenin li l-ILO qiegħda tixpruna fit-tranżizzjoni mill-ekonomija informali għal dik formali, jiġifieri, il-bidla għal ekonomija fejn il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet u pagi strutturati.

Fid-diskors tiegħu waqt il-plenarja, li għaliha kien hemm preżenti wkoll imsieħba soċjali Maltin, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul spjega li f’dinja li għaddejja minn trasformazzjoni mgħaġġla, il-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema jibqa’ fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern Malti. Semma kif pajjiżna kien fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li rregola l-platform work, fejn għall-ewwel darba ddaħħlu regoli li jiżguraw li s-salarju tal-ħaddiema qatt ma jkun taħt il-paga minima. B’hekk, l-isfruttament f’dan is-settur beda jiġi indirizzat b’dawn ir-regoli l-ġodda u jassiguraw kundizzjonijiet xierqa filwaqt li jagħtu d-dinjità lil dawn il-ħaddiema.

F’Ġinevra, is-Segretarju Parlamentari kellu wkoll laqgħat bilaterali mal-Ministri responsabbli mis-suq tax-xogħol ta’ Ċipru u l-Litwanja, Yiannis Panayiotou u Inga Ruginienė rispettivament. Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi l-ħaddiema tal-pjattaforma diġitali u l-liġi li daħħlet Malta biex tirregola dan is-settur, fejn ġie rrimarkat mill-istess Ministri illi Malta mhux biss kienet waħda mill-ewwel pajjiżi Ewropej li rregolaw dan is-settur, iżda sservi wkoll ta’ mudell għal pajjiżi ħafna akbar minnha.

“Dak li għamilna bħala pajjiż mhux biss kien ta' ġid għall-ħaddiema li jaħdmu f'Malta, iżda qiegħed iservi wkoll ta’ mudell għal pajjiżi ħafna ikbar minna. Il-Gvern Malti kommess li jkompli jdaħħal liġijiet tax-xogħol li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies,” sostna Dr Andy Ellul.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Malta sservi ta’ mudell għal pajjiżi oħra fid-dinja tax-xogħol
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow