Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Fl-Isptar Mater Dei tkompli l-qalba diġitali fir-rekords tal-pazjenti

pr251008
Date Icon 10/06/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li permezz ta' proġett pilota fl-aħħar xhur, is-Sala S4 fl-Isptar Mater Dei għamlet il-qalba diġitali fejn jidħlu notamenti tar-rekords tal-pazjenti. “Il-qalba diġitali fil-kura tal-pazjenti hija prijorità għal dan il-gvern," sostna l-Ministru Abela.

Ġie spjegat kif matul l-aħħar xhur, f'din is-sala, tobba, infermiera u professjonisti oħra, permezz tal-programm diġitali 'Patient Dashboard', qalbu l-mod kif jieħdu noti tal-pazjenti li jkunu f'din is-sala. Fi żmien il-pandemija tal-Covid 19, it-tim tal-Health Informatics kien ħadem biex dan il-programm jintuża mid-Dipartiment tal-Kirurġija kif ukoll mill-Outpatients ta' Mater Dei.

“Illum qed nagħmlu l-pass li jmiss f'din il-qalba diġitali fejn waħda mis-swali ewlenin f'dan l-isptar issa qalbet kompletament għal noti diġitali. Dan il-proġett huwa parti mill-viżjoni tal-Gvern lejn tranżizzjoni diġitali, u impenjati li nkomplu din il-ħidma sabiex aktar swali jagħmlu din il-qalba," sostna l-Ministru Jo Etienne Abela.

Kompli jiġi spjegat li din il-qalba diġitali ser tgħin mhux biss lill-pazjent imma wkoll lill-professjonisti hekk kif, fost l-oħrajn, se tevita r-riskju li jintilfu jew issir xi ħsara fin-noti fiżiċi kif ukoll tneħħi r-riskju li noti ma jkunux leġġibbli minħabba ortografija li ma tinqarax. Il-ministru semma wkoll kif dan il-programm huwa aċċessibbli kemm fl-Isptar Ġenerali f'Għawdex, f'San Vinċenz kif ukoll mill-Anzjanità Attiva.

“Din il-qalba diġitali hija pass importanti lejn sistema tas-saħħa aktar effiċjenti, sigura u ċċentrata fuq il-pazjent. Permezz ta' din it-teknoloġija mhux biss ser itejjeb ir-riżultati kliniċi, imma ser tgħin fix-xogħol operattiv tal-professjonisti tagħna. Il-Gvern kommess li jkompli b'din il-qalba diġitali li tallinja wkoll mal-Viżjoni Malta 2050", temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tiegħu, Dr Clifford Caruana, Chairperson Kliniku fid-Dipartiment tal-Kirurġija Ġenerali u Vaskulari, qal kif permezz ta' din il-bidla qed jaraw mhux biss proġett ieħor favur l-ambjent, imma wkoll proġett li ser jgħin biex tissaħħaħ il-privatezza tal-pazjenti f'konformità mar-regolamenti tal-GDPR.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Fl-Isptar Mater Dei tkompli l-qalba diġitali fir-rekords tal-pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Fl-Isptar Mater Dei tkompli l-qalba diġitali fir-rekords tal-pazjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Fl-Isptar Mater Dei tkompli l-qalba diġitali fir-rekords tal-pazjenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow