Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Prospett 2025-2026 tal-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi

pr251000
Date Icon 09/06/2025

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima llum nieda l-prospett tal-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi (GCHSS) tan-Naxxar għas-sena skolastika 2025-2026, prospett li fih ukoll korsijiet ġodda. Illum il-GCHSS hija waħda mis-Sixth Forms l-aktar magħrufa u bħala istituzzjoni edukattiva toffri korsijiet akkademiċi u programmi edukattivi b'għażla ta' suġġetti fil-livell Ordinarju, fil-livell Intermedju u fil-livell Avvanzat.

“F'dan il-prospett qed naraw kif din l-Istituzzjoni Edukattiva post-sekondarja tipprovdi edukazzjoni permezz tal-iżvilupp sħiħ tal-abbiltajiet tal-istudent. Huwa prospett li jpoġġi lill-istudent fiċ-ċentru, biex jirrifletti l-aspirazzjonijiet tagħhom, u huwa mfassal fuq il-ħtiġijiet tal-istudent prospettiv tal-GCHSS. Prospett li jħares lejn l-abbiltajiet varji li għandhom l-istudenti u kif il-GCHSS tista' toħroġ l-aħjar elementi edukattivi tal-istudenti", qal il-Ministru Clifton Grima, waqt it-tnedija dalgħodu.

Il-Kap tal-iskola, Anna Spiteri Meilak spjegat li f'dan il-prospett hemm ukoll żewġ korsijiet ġodda, parti mill-missjoni ta' din l-Istituzzjoni Edukattiva biex tkompli tagħti aktar opportunitajiet lill-istudenti.

Il-prospett joffri gwida għall-istudenti prospettivi dwar varjetà ta' korsijiet ta' studju li jinkludu:

  • Il-kors għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola (MC) li jikkonsisti f'għażla ta' korsijiet f'suġġetti fil-livell Intermedju u Avvanzat li jħejju lill-istudenti għall-korsijiet offruti mill-Università ta' Malta;
  • Il-kors fil-livell Avvanzat/Intermedju/Ordinarju (AIO) li huwa programm imfassal b'mod li joffri l-possibbiltà li jiġu studjati numru ta' suġġetti mingħajr l-intenzjoni speċifika li jwasslu għall-Università. Il-kors AIO huwa ideali għal dawk l-istudenti li jixtiequ jtejbu l-kwalifika/i tagħhom jew jixtiequ jiksbu l-livell meħtieġ għal xi impjieg partikulari.
  • Il-Programm ta' Studju Individwali għal Studenti Adulti (IPAL), magħruf qabel bħala 'Il-kors għal dawk li għalqu t-18-il sena' maħsub għal studenti adulti.
  • Il-Programm ta' Studju Speċjalizzat fix-Xjenza u l-Mediċina (MSSSP) li huwa kors intensiv fil-Bijoloġija u l-Kimika fil-livell Avvanzat għal dawk l-istudenti li jixtiequ jtejbu sew il-kwalifiki tagħhom f'dawn iż-żewġ suġġetti xjentifiċi.
  • Il-Programm Nazzjonali għal Żgħażagħ Sportivi (NYSP) huwa maħsub għal dawk l-istudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw filwaqt li jinsabu impenjati fl-isport.
  • Il-programm GEM16+ li jagħti l-opportunità lil studenti eliġibbli li jkomplu l-istudji akkademiċi tagħhom minkejja li jkunu kisbu suġġett wieħed biss. Dan hu programm ta' sena akkademika fl-oqsma kurrikulari ewlenin fejn l-istudenti jkollhom l-opportunità li jiffukaw fuq għajnuna personalizzata li taqdi l-ħtiġijiet tagħhom.

Is-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella stqarr, “Il-Prospett tal-GCHSS 2025-2026 mhux biss joffri gwida ċara lill-istudenti, iżda jirrifletti l-impenn qawwi tal-Ministeru lejn edukazzjoni avvanzata, inklużiva u risponsabbli. Dan id-dokument joffri opportunitajiet konkreti biex l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jippreparaw ruħhom għall-isfidi globali. Il-Prospett huwa wkoll xhieda tal-viżjoni edukattiva nazzjonali: li npoġġu lill-istudent fiċ-ċentru u nipprovdu l-għodod meħtieġa sabiex kulħadd jirnexxi f'dinja li qed tinbidel b'pass mgħaġġel."

L-esperjenza tal-Higher hija ferm aktar minn studju akkademiku f'għażla ta' suġġetti. Il-prospett tal-GCHSS 2025-2026 joffri għadd sabiħ ta' programmi informali u attivitajiet li jiġu organizzati b'mod regolari f'dan il-kampus.

Studenti prospettivi jistgħu jieħdu l-opportunità u jattendu għall-open day nhar il-Ġimgħa 13 ta' Ġunju u jieħdu parir mingħand it-tim tal-Guidance u l-Counselling. L-applikazzjonijiet jiftħu fil-21 ta' Lulju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Prospett 2025-2026 tal-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-Prospett 2025-2026 tal-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow