Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftehim Kollettiv tas-Servizz Parlamentari 2025–2030

pr250998
Date Icon 09/06/2025

Illum ġie ffirmat it-Tieni Ftehim Kollettiv għall-impjegati tas-Servizz Parlamentari, li ser ikun ikopri kważi 40 impjegat mal-Kamra tad-Deputati, Parlament ta' Malta.

F'diskors qasir qabel l-iffirmar tal-ftehim, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, spjega kif dan il-Ftehim, li jkopri s-snin 2025–2030, ikompli jibni fuq l-ewwel Ftehim b'saħħtu li kien ġie konkluż fl-2022.

L-Ispeaker irringrazzja lis-Sur Kendrick Bondin, Section Secretary tat-taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU, u lill-Iskrivan tal-Kamra, is-Sa Eleanor Scerri, li mexxew in-negozjati sabiex dan it-tieni Ftehim Kollettiva jkun jista' jiġi konkluż, kif ukoll lis-Sa Claudine Parnis u s-Sur Stephen Grech li rrappreżentaw lill-ħaddiema f'dan il-proċess.

L-Ispeaker irrefera għad-diskors tiegħu tas-Sette Giugno ta' din is-sena fejn spjega kif il-ħidma fil-Parlament dejjem qiegħda tikber u tevolvi, u jekk ma jkollux is-sotenna ta' amministrazzjoni b'saħħitha l-ħidma kollha li bħalissa għaddejja ma tkunx possibbli.

Huwa spjega kif permezz tal-kundizzjonijiet offruti lill-ħaddiema tal-Kamra tad-Deputati, is-Servizz qiegħed jimmira li jkompli jsaħħaħ ir-riżors uman sabiex ikun dejjem ta' servizz aħjar għall-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Min-naħa tiegħu s-Sur Bondin irringrazzja lill-Ispeaker u lill-amminstrazzjoni tas-Servizz Parlamentari fi ħdan il-Kamra tad-Deputati tal-koperazzjoni sħiħa sabiex jiġi konkluż. Huwa saħaq illi dan il-ftehim huwa wieħed fost l-aqwa li jeżistu fis-settur pubbliku, u dan huwa b'rikonoxximent tax-xogħol importanti u senstittiv li ssir minn din l-istituzzjoni.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftehim Kollettiv tas-Servizz Parlamentari 2025–2030
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftehim Kollettiv tas-Servizz Parlamentari 2025–2030
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ftehim Kollettiv tas-Servizz Parlamentari 2025–2030
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow