Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir il-ħames edizzjoni tal-konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’

pr250993
Date Icon 06/06/2025

Fil-Palazz Verdala saret il-ħames edizzjoni tal-konferenza ‘Stat tan-Nazzjon’, li laqqgħet professjonisti, edukaturi u mexxejja tal-pajjiż għal diskussjoni bbażata fuq is-sejbiet ta’ stħarriġ tal-Professur Vincent Marmarà u s-Sur Lou Bondi, u li ffukat fuq l-edukazzjoni fil-firxa wiesgħa tagħha u fuq livelli differenti. 

Fl-indirizz tagħha fl-għeluq tal-konferenza, l-E.T. il-President Myriam Spiteri Debono ħeġġet biex ir-riżultati tal-istħarriġ li sar mill-Professur Vincent Marmarà jkunu mixtarra u mistħarrġa fil-fond, biex jixprunaw il-bidliet li jinħass il-bżonn tagħhom.

Il-President irrikonoxxiet ukoll li huwa neċessarju li l-poplu tagħna, f’kull età, f’kull kategorija u kapaċità, ikollu l-faċilitajiet u l-istrutturi biex jiġu żviluppati l-ħiliet b’mod aktar intensiv, u tkun inkuraġġuta t-tendenza kreattiva naturali li għandu l-esseri uman.

L-istħarriġ ta’ din is-sena, sar fost 1,064 persuna li huma riflessjoni tas-soċjetà hekk kif sar fost ċittadini ta’ età u sess differenti, u residenti madwar Malta u Għawdex. 

L-ewwel parti tal-istħarriġ, kważi b’mistoqsijiet ripetuti minn sena għal oħra bi skop, issa li għaddew ħames snin minn mindu beda jsir dan l-eżerċizzju, tagħti stampa ċara tax-xejriet ta’ tibdil fis-soċjetà Maltija.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir il-ħames edizzjoni tal-konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Issir il-ħames edizzjoni tal-konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow