Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imtella’ attività fl-iskola primarja ta’ Marsaskala biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali fost l-istudenti

PR250991
Date Icon 06/06/2025

Fl-iskola primarja ta' Marsaskala ġiet organizzata attività sabiex jitqajjem iżjed għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali fost l-istudenti. Għal din l-attività kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Akwakultura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, li faħħret lill-iskola għal din l-inizjattiva, hekk kif minn età żgħira l-istudenti qed jitgħallmu dwar il-ħarsien xieraq tal-annimali.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said tkellmet mat-tfal preżenti u enfasizzat fuq l-importanza li l-annimali jiġu ttrattati b'imħabba u rispett, kif ukoll li meta jkun hemm ix-xewqa li jġibu pet id-dar, jikkunsidraw l-adozzjoni tal-annimali. Is-segretarju parlamentari spjegat ukoll il-ħidma li ssir mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali u anke spjegat wieħed x'għandu jagħmel meta jinzerta annimal imweġġa' jew mitluf.

“Il-bidla tibda minn età żgħira. Meta ngħallmu lit-tfal iħobbu u jieħdu ħsieb lill-annimali, qegħdin nibnu soċjetà aktar rispettabbli," qalet is-segretarju parlamentari.

Għal din l-attività kien hemm preżenti wkoll il-Viċi Sindku ta' Marsaskala, Janice Falzon, li faħħret l-ambjent ta' din l-iskola hekk kif innotat li hemm żona ddedikata sabiex l-istudenti jistgħu jqattgħu ħin mal-annimali. “Din iż-żona mhux biss toffri spazju fejn it-tfal jilagħbu, imma tgħinhom jifhmu aħjar il-ħtiġijiet tal-annimali," sostniet il-viċi sindku.

Waqt l-attività, it-tfal ingħataw ukoll kotba edukattivi dwar il-ħarsien tal-annimali pprovduti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Annimali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imtella’ attività fl-iskola primarja ta’ Marsaskala biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali fost l-istudenti
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imtella’ attività fl-iskola primarja ta’ Marsaskala biex jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali fost l-istudenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow