Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Joseph Fenech se jinħatar bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv ta’ Projects Gozo Ltd.

PR250984
Date Icon 05/06/2025

Joseph Fenech se jinħatar bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv ta’ Projects Gozo Ltd.

Huwa serva għal sitt snin bħala Direttur Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex (2018–2024), perjodu mmarkat minn sfidi bla preċedent imposti mill-pandemija globali tal-COVID-19.

Qabel dan ir-rwol, is-Sur Fenech kellu diversi karigi ta’ tmexxija għolja inkluż Kap tal-Infermiera u l-Operazzjonijiet u Kap tas-Servizzi tal-Infermiera fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. F’dawn il-kapaċitajiet, mexxa timijiet multidixxiplinari filwaqt li implimenta riformi operattivi f’firxa wiesgħa ta’ speċjalitajiet kliniċi.

Is-Sur Fenech serva għal dawn l-aħħar sena u nofs fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Huwa għandu Masters of Business Administration mill-Global College Malta u Bachelor of Science (Hons.) fix-Xjenza tas-Saħħa mill-Università ta’ Malta.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri awgura lil Joseph Fenech għal dan l-irwol u stqarr li l-esperjenza u t-tmexxija tas-Sur Fenech se jkunu strumentali biex jiġu mmaniġġjati aħjar il-proġetti kapitali fil-gżira Għawdxija.

Projects Gozo Ltd. fil-bidu tagħha ser tkun iffukata aktar fuq it-tmexxija u ż-żamma ta’ proġetti f’Għawdex ladarba jitlestew.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Joseph Fenech se jinħatar bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv ta’ Projects Gozo Ltd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow