Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Madwar 35,000 pensjonant igawdu mit-twettiq ta’ erba’ miżuri oħra tal-Budget 2025

PR250976
Date Icon 05/06/2025

Madwar 35,000 pensjonant qegħdin igawdu mit-twettiq ta' erba' miżuri oħra tal-Budget 2025. Dawn jinkludu aġġustamenti li saru fuq pensjonijiet ta' persuni li twieldu qabel l-1962 u li s-salarju kurrenti tagħhom, li kieku kienu għadhom jaħdmu, jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu, kif rivedut. Aġġustamenti oħrajn saru fuq il-pensjonijiet tar-romol u dawk tas-servizz.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti Mark Musù.

Il-Ministru Michael Falzon esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li madwar 20,000 pensjonant, fosthom madwar 3,000 romol gawdew mill-aġġustament għall-persuni li twieldu qabel l-1962. Spjega li dan l-aġġustament  japplika għal dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u li kieku għadhom jaħdmu, is-salarju tagħhom jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu ta' €23,500(sal-2023 kien għadu €20,400).

''Għal darba oħra qed nuru kif dan il-Gvern dejjem iżomm kelmtu fejn qed jindirizza anomaliji li ħoloq ħaddieħor. Tul dawn is-snin, stajna qgħadna lura u weħħilna f'amministrazzjonijiet preċedenti. Madanakollu għamilna kompletament l-oppost u minflok indirizzajna sitwazzjonijiet li jaffetwaw għexieren ta' familji," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Permanenti Mark Musù tkellem dwar kifmadwar 7,300 pensjonanti romol ukoll gawdew minn titjib fil-pensjoni tagħhom bit-twettiq ta' proċess li beda fl-2022 u li għandu jwassal biex fl-2027, jibdew jitħallsu l-pensjoni sħiħa li kellhom dritt għaliha l-konjugi tagħhom kieku baqgħu ħajjin.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musù semma wkoll kif anke l-pensjonanti tas-servizz kellhom aġġustament fl-ammont tal-pensjoni tas-servizz tagħhom li ma jiġix ikkunsidrat għall-fini tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali. L-ammont li ma jkunx ikkunsidrat żdied b'€200 oħra u laħaq is-somma ta' €3,666.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Madwar 35,000 pensjonant igawdu mit-twettiq ta’ erba’ miżuri oħra tal-Budget 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Madwar 35,000 pensjonant igawdu mit-twettiq ta’ erba’ miżuri oħra tal-Budget 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow