Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ta’ riġenerazzjoni li qed jagħmel differenza ambjentali f’Santa Luċija

PR250969
Date Icon 04/06/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes żar l-oqsma tal-akkomodazzjoni soċjali f’Santa Luċija. F’dawn l-oqsma, l-Awtorità tad-Djar, b’kollaborazzjoni ma’ Housing Projects Solution Ltd, bħalissa qiegħda twettaq proġett importanti ta’ riġenerazzjoni li qiegħed jittrasforma l-ambjent estetiku tal-istess oqsma, kif ukoll qed jiġi mwettaq xogħol ta’ manutenzjoni.

Il-Ministru Roderick Galdes spjega li, “Permezz ta’ investiment ta’ madwar €520,000 dan il-proġett se jkun qiegħed iħalli impatt dirett fuq 56 familja li jgħixu f’dawn l-oqsma tad-djar, kif ukoll impatt fuq il-komunità ta’ Santa Luċija, hekk kif il-komunità kollha tgawdi meta jkollok ambjent isbaħ u nadif.”

Dan il-proġett ta’ riġenerazzjoni qiegħed isir fuq total ta’ 7 blokok tal-akkomodazzjoni soċjali u jinkludi tisbiħ tal-faċċati, tisbiħ tal-partijiet komuni u rinnovar tal-bjut. 

Il-ministru sostna li, “Dawn il-proġetti ta’ riġenerazzjoni li qegħdin inwettqu fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali, f’lokalitajiet differenti madwar pajjiżna, qegħdin ikomplu juru l-viżjoni ta’ dan il-Gvern li jħares lejn il-kwalità tal-ħajja tal-persuna b’mod olistiku, inkluż l-ambjent li tgħix fih il-persuna, kif ukoll l-ambjent tal-komunitajiet tagħna. Proġetti bħal dawn ikomplu jgħollu l-kwalità tal-ħajja, kif ukoll iħallu differenza tanġibbli fuq ħajjet il-familji u l-komunitajiet tagħna, b’ambjent estetiku isbaħ li jkompli jieħu ħsieb id-dinjità u s-saħħa tal-persuna, inkluż is-saħħa mentali.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ta’ riġenerazzjoni li qed jagħmel differenza ambjentali f’Santa Luċija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ta’ riġenerazzjoni li qed jagħmel differenza ambjentali f’Santa Luċija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ta’ riġenerazzjoni li qed jagħmel differenza ambjentali f’Santa Luċija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow