Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tissokta l-konsultazzjoni pubblika fil-komunità dwar l-ewtanasja volontarja assistita

pr250950
Date Icon 31/05/2025

It-tieni sessjoni ta’ konsultazzjoni fil-komunità saret il-bieraħ filgħaxija fix-Xewkija Għawdex li għaliha attendew diversi persuni li esprimew il-fehma tagħhom dwar id-dokument ippubblikat għall-konsultazzjoni pubblika. Persuni minn oqsma differenti nġabru biex jgħidu tagħhom fosthom persuni li esperjenzaw it-tbatija li ġarrbu qrabathom li kienu qed isofru minn marda terminali. 

Is-sessjoni tmexxiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg li f’isem il-Gvern qiegħda tmexxi dan il-proċess konsultattiv kemm mal-membri tal-pubbliku kif ukoll ma’ entitajiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Matul il-laqgħa hija tenniet l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-kura paljattiva. Hawn hi rreferiet għall-istrateġija għat-tisħiħ tal-kura paljattiva li ġiet varata propju din is-sena, liema dokument jelenka l-investiment li ser isir matul l-għaxar snin li ġejjin. 

Is-Segretarju Parlamentari saħqet kif id-dokument dwar l-ewtanasja volontarja assistita jagħmilha ċara li l-kura paljattiva tibqa’ l-prijorità tant li dan id-dokument jiddikjara iswed fuq l-abjad li kull persuna b’mard terminali għandha tkun offruta l-kura paljattiva u ma tistax tkun offruta l-ewtanasja volontarja assistita li t-talba għaliha tista’ isir biss mill-persuna nfisha li ikollha marda terminali u li tkun tissodisfa l-kriterji stabbiliti. 

Rebecca Buttigieg spjegat li l-Gvern mhux lest jikkunsidra mudelli li hemm f’xi pajjiżi u għalhekk għamel salvagwardji biex din l-għażla tkun biss għal persuni adulti. Żiedet tgħid li d-diżabilità, l-kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali u l-anzjanità qatt ma jistgħu jkunu raġunijiet biex persuna titlob l-ewtanasja volontarja assistita.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li l-Gvern ser ikompli jisma’ l-veduti kollha f’dan il-proċess konsultattiv. Qalet li permezz tas-sit elettroniku facts.gov.mt  diġà daħlu mat-350 sottomissjoni. Il-konsultazzjoni ser tibqa’ miftuħa sat-2 ta’ Lulju 2025.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tissokta l-konsultazzjoni pubblika fil-komunità dwar l-ewtanasja volontarja assistita
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Tissokta l-konsultazzjoni pubblika fil-komunità dwar l-ewtanasja volontarja assistita
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow