Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tenfasizza l-impenn tagħha lejn l-etika u l-kontabilità fil-ġudikatura waqt THEMIS 2025

PR250947
Date Icon 31/05/2025

Matul iċ-ċerimonja tal-għeluq tas-semi-finali tal-kompetizzjoni THEMIS 2025 li saret f’Malta din il-ġimgħa, Malta enfasizzat l-impenn sħiħ tagħha lejn ir-riforma fil-ġudikatura u l-indipendenza tagħha. L-avveniment laqqa’ membri tal-ġudikatura minn ħdax-il pajjiż Ewropew biex jiddibattu u jiskambjaw ideat dwar il-Liġi Proċedurali Kriminali tal-Unjoni Ewropea u l-liġi Ewropea b’mod aktar wiesgħa.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Dr Jonathan Attard, saħaq fuq ir-riformi li qed iwettaq il-Gvern biex isaħħaħ is-sisien tas-sistema ġudizzjarja. Huwa saħaq li l-Gvern huwa ffukat bis-sħiħ fuq il-ħolqien ta’ proċeduri ta’ kontabilità b’saħħithom u standards etiċi għoljin fil-ġudikatura. Dawn ir-riformi, qal, huma parti minn viżjoni aktar wiesgħa li tagħti prijorità lis-saltna tad-dritt u tipproteġi d-dinjità u l-integrità ta’ dawk li jservu f’karigi ġudizzjarji.

“Dan il-Gvern kontinwament imexxi riformi biex isaħħaħ il-ġudikatura, u nibqgħu impenjati bis-sħiħ favur żviluppi li jissalvagwardjaw id-dinjità, l-awtorità u l-integrità ta’ dawk li jservu f’dan ir-rwol kostituzzjonali kruċjali,” qal il-Ministru.

Dr Attard reġa’ afferma wkoll l-appoġġ tal-Gvern għar-riforma kostituzzjonali li għaddejja bħalissa fil-Parlament, u ddeskriviha bħala espressjoni ta’ maturità istituzzjonali u rispett reċiproku bejn il-ġudikatura u l-eżekuttiv. “Dawn l-iżviluppi huma mmexxija minn prinċipju wieħed suprem: l-aħjar interess tal-ġustizzja u l-amministrazzjoni xierqa tagħha,” żied jgħid.

THEMIS 2025 kienet organizzata b’kollaborazzjoni mal-European Judicial Training Network (EJTN) u ospitata mill-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji ta’ Malta li huwa responsabbli mit-taħriġ inizjali u kontinwu tal-ġudikatura. Dan il-Kumitat għandu rwol ċentrali fl-edukazzjoni legali, fejn jipprovdi taħriġ lil imħallfin ġodda f’suġġetti bħall-etika ġudizzjarja, il-liġi tal-UE, u d-drittijiet tal-bniedem. Il-Kumitat jiffaċilita wkoll il-parteċipazzjoni ta’ Malta f’programmi ta’ skambju internazzjonali u jospita seminars regolari f’kollaborazzjoni ma’ istituzzjonijiet Ewropej.

Il-Ministru rrimarka li l-kompetizzjoni THEMIS hija avveniment prestiġjuż fuq livell Ewropew li jsaħħaħ l-eċċellenza legali, is-solidarjetà Ewropea u l-impenn komuni lejn is-saltna tad-dritt.

Huwa rringrazzja wkoll lill-organizzaturi, lill-Kumitat għall-Istudji Ġudizzjarji ta’ Malta, li kien rappreżentat mill-Imħallef Joanne Vella Cuschieri u lill-membri tal-ġurija, fosthom l-Imħallef Aaron Bugeja u l-Imħallef Eugène Buttigieg mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għall-kontribut tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tenfasizza l-impenn tagħha lejn l-etika u l-kontabilità fil-ġudikatura waqt THEMIS 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tenfasizza l-impenn tagħha lejn l-etika u l-kontabilità fil-ġudikatura waqt THEMIS 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Malta tenfasizza l-impenn tagħha lejn l-etika u l-kontabilità fil-ġudikatura waqt THEMIS 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow