Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra dettalji dwar il-Fond għall-Akwakultura

PR250945
Date Icon 30/05/2025

Dan il-Fond se jiffinanzja proġetti favur l-iżvilupp sostenibbli tal-akwakultura u r-riċerka marittima

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said indirizzat business breakfast li fih tħabbru dettalji dwar il-Fond għall-Akwakultura. L-għan ta' dan il-fond hu li jsaħħaħ l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija akwatika f'Malta u jappoġġja r-riċerka marittima.

Dan il-Fond twaqqaf wara emendi legali fl-2023, fejn il-kontribuzzjonijiet li l-operaturi tal-akwakultura jagħmlu kull sena lid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura għall-permessi u konċessjonijiet, dawn il-kontribuzzjonijiet qed jiġu diretti għal dan il-fond speċjali. Dan ifisser li kull sena, madwar €90,000 jerġgħu jiġu investiti mill-ġdid fis-settur. Il-Fond huwa miftuħ għall-proġetti minn studenti, istituzzjonijiet edukattivi, NGOs ambjentali, kif ukoll entitajiet pubbliċi.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat li, “Dan mhux biss fond ta' finanzjament imma fond ta' opportunità. Għandna l-viżjoni li dan is-settur jista' jkun pilastru ċentrali tal-ekonomija blu tagħna, b'aktar sostenibbiltà, innovazzjoni u impatt pożittiv fuq l-ambjent."

“B'kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku, l-NGOs u l-istudenti, nistgħu niżguraw li dawn il-fondi jiġu użati b'mod effettiv favur is-sostenibbiltà marittima. Inħeġġeġ lil dawk eliġibbli biex japplikaw għal dawn il-fondi sabiex flimkien nibnu futur blu għall-pajjiż tagħna," temmet tgħid is-segretarju parlamentari.

Fl-intervent tiegħu l-Aġent Direttur Ġenerali tas-Sajd u l-Akwakultura Bjorn Azzopardi qal: “Dan il-Fond se joħloq ċirku fejn il-kontribuzzjonijiet tal-operaturi tal-akwakultura li jaslu għand id-Dipartiment, se jkunu investiti mill-ġdid bħala mezz ta' finanzjament sabiex studenti u NGOs jaċċessaw fondi biex iwettqu proġetti favur l-ambjent marittimu. Dan jinkwadra perfettament fil-Viżjoni Malta 2050 fejn waħda mill-pilastri hija propju l-ekonomija blu."

L-applikazzjonijiet għal proġetti relatati ma' dan il-Fond jagħlqu fil-25 ta' Lulju. Iżjed informazzjoni tista' tinkiseb mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura, kif ukoll mil-link: https://dfa.gov.mt/wp-content/uploads/2024/10/aquaculture-fund-guidelines-and-application-form.pdf.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra dettalji dwar il-Fond għall-Akwakultura
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra dettalji dwar il-Fond għall-Akwakultura
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow