Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ivan Falzon se jinħatar bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex

PR250941
Date Icon 30/05/2025

Ivan Falzon se jinħatar bħala l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex (GRDA). Il-ħatra tiegħu saret mill-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità.

Is-Sur Falzon okkupa karigi eżekuttivi għolja f'diversi setturi, fosthom is-settur tas-saħħa u dak tal-infrastruttura. Riċentament, serva bħala Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta, kif ukoll bħala Kap Eżekuttiv tal-Water Services Corporation u tal-Isptar Mater Dei. It-tmexxija tiegħu dejjem kienet ikkaratterizzata minn spinta lejn l-innovazzjoni, l-effiċjenza u l-kontabbiltà pubblika; elementi li jagħmluh ideali biex imexxi l-Awtorità għall-fażi li jmiss.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, awgura lil Ivan Falzon u stqarr li l-esperjenza u t-tmexxija tas-Sur Falzon se jkunu kruċjali biex il-GRDA timxi 'l quddiem u timbotta l-missjoni tagħha, li tappoġġja l-identità reġjonali unika ta' Għawdex u t-tkabbir ekonomiku tiegħu.

Il-Ministru Camilleri temm bir-rikonoxximent tiegħu għall-ħidma li wettaq Mario Borg fiż-żmien li hu serva bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità, u awgura lis-Sur Borg għar-rwol il-ġdid li beda jassumi bħala Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Iċ-Chairman tal-Awtorità, Michael Grech, laqa' din il-ħatra u qal li Ivan Falzon għandu rekord b'saħħtu ta' tmexxija fis-settur pubbliku u mentalità mmirata lejn ir-riżultati. Grech qal li b'Falzon fit-tmexxija, l-Awtorità se tkompli tkun strumentali u tħalli l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp sostenibbli ta' Għawdex, filwaqt li ssaħħaħ ir-relazzjoni mal-komunità lokali u l-partijiet interessati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ivan Falzon se jinħatar bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow