AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff ta' ilma maħmuġ li ħareġ minn ġol-culvert tax-xita li spiċċa fil-baħar. Dan possibbilment jista' jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L-uffiċjali investigaw u ddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni li kien ġej minn ġo ristorant. Ittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex jitneħħa l-inkonvenjent.
| Kodiċi tas-sit: | Bejn A07-Fajtata u A08-il-Bajja ta' San Tumas kif immarkata b'linja oranġjo. |
| Lokalità | Marsascala |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN