Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL

PR250936
Date Icon 29/05/2025

Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà u Xogħol Byron Camilleri kellu laqgħa ma’ László Kövér, l-Ispeaker tal-Assemblea Nazzjonali tal-Ungerija waqt żjara uffiċjali f’Malta. 

Id-diskussjoni trattat suġġetti varji, fosthom l-immigrazzjoni irregolari, is-sistema parlamentari taż-żewġ pajjiżi u materji oħra ta’ interess komuni.

Il-Ministru Camilleri ta rendikont tal-kisbiet u riżultati pożittivi li pajjiżna kiseb fejn tidħol l-immigrazzjoni irregolari. Huwa spjega li Malta tadotta sistema li tassigura assistenza lil dawk fil-bżonn u huma refuġjati filwaqt li hija iebsa ma’ min jabbuża mis-sistema. Huwa spjega li dawn l-isforzi speċifiċi għalhekk wasslu għar-riżultati miksuba. 

“Fl-aħħar snin, Malta għamlet progress sinifikanti fejn jidħol l-immaniġġjar tal-immigrazzjoni irregolari. Mhux biss saħħaħna r-riżorsi tal-entitajiet responsabbli iżda waqqafna wkoll returns unit fi ħdan il-ministeru filwaqt li komplejna nidjalogaw u naħdmu ma’ pajjiżi terzi, kemm dawk ta’ tranżitu u kemm dawk tal-oriġini,” qal il-Ministru Camilleri. 

Dawn l-isforzi wasslu għal tnaqqis ta’ 93% fin-numru ta’ wasliet irregolari meta kkumparat mal-ħames snin preċedenti filwaqt li r-rata ta’ ritorn żdiedet għal 83.2% fl-2023 u 68% fl-2024, meta kkumparat man-numru ta’ wasliet fl-istess perjodu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow