Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI Avviż ta’ prekawzjoni rigward is-suppliment tal-Vitamina D ‘FOLIDI’

pr250934
Date Icon 29/05/2025

Il-pubbliku qed jiġi infurmat li, bħala miżura ta' prekawzjoni, persuni li bħalissa għandhom is-suppliment tal-Vitamina D bl-isem 'FOLIDI' huma mħeġġa jevitaw li jikkunsmaw dan il-prodott sakemm jinħareġ avviż ieħor.

Valutazzjonijiet preliminari indikaw li 'FOLIDI' jista' jkun fih livelli ogħla ta' Vitamina D minn dawk iddikjarati fuq it-tikketta. Konsum eċċessiv ta' Vitamina D jista' jwassal għal riskji għas-saħħa, speċjalment jekk jittieħed għal perjodu estiż ta' żmien.

Għalhekk:

  • Il-konsumaturi huma avżati biex ma jiħdux 'FOLIDI' sakemm ma jitlestew l-investigazzjonijiet meħtieġa.
  • Kull min għandu dan is-suppliment jista' jrodd il-prodott lura l-ispiżerija minn fejn inxtara.

L-awtoritajiet qed iwettqu investigazzjoni bir-reqqa biex jevalwaw il-firxa tal-problema.

Nirringrazzjaw lill-pubbliku għall-kooperazzjoni u l-fehim tagħhom f'dan il-każ, li qed jiġi ttrattat bl-ogħla prijorità sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow