Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: L-Università ta' Malta ttella' r-Research Expo 2025 – wirja ta' eċċellenza u innovazzjoni li tħares lejn il-futur

pr250925
Date Icon 29/05/2025


L-Università ta' Malta organizzat ir-Research Expo 2025, li ġabar taħt saqaf wieħed firxa wiesgħa ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni li qed jispiraw it-triq lejn futur sostenibbli u bbażat fuq l-għarfien. F'din l-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, faħħar ix-xogħol estensiv u interdixxiplinarju li qed isir mill-komunità akkademika u ta' riċerka tal-Università.

Waqt id-diskors tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti enfasizza r-rwol ċentrali li għandu r-riċerka fil-bini ta' soċjetà inklużiva u reżiljenti. “Dan l-EXPO huwa xhieda tal-enerġija intellettwali, ir-rigorezza xjentifika u l-ambizzjoni kreattiva li jiddistingwu lill-komunità ta' riċerka fl-Università ta' Malta."

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif il-proġetti murija fl-EXPO jindirizzaw sfidi globali u lokali b'mod konkret, filwaqt li joffru soluzzjonijiet sostenibbli u innovattivi. “Dan l-ispirtu ta' esplorazzjoni u soluzzjoni ta' problemi jaqbel perfettament mal-Viżjoni Malta 2050 – impenn tagħna lejn futur ibbażat fuq l-innovazzjoni għall-ġid komuni," kompla jgħid Azzopardi Tanti.

Is-Segretarju Parlamentari fakkar li l-Gvern f'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta, nieda u ffinanzja 10 inizjattivi strateġiċi ta' riċerka, immexxija minn professuri distinti f'diversi oqsma. Dawn il-proġetti jallinjaw mal-Istrateġija ta' Speċjalizzazzjoni Intelliġenti ta' Malta, u jikkontribwixxu b'mod dirett għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

“Qed ninvestu fl-ideat, fit-talent u fil-futur u xogħolkom hu fil-qalba ta' dan l-isforz. Din il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Università mhux biss tappoġġja riċerka avvanzata, iżda ssaħħaħ ukoll l-impatt li għandha fuq is-soċjetà," qal is-Segretarju Parlamentari.

Fl-aħħar nett, is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti faħħar l-impenn kontinwu tal-Università favur l-edukazzjoni dottorali, billi rrikonoxxa ż-żieda sostanzjali fil-kandidati tal-PhD u l-istabbiliment tal-Iskola Dottorali bħala pass kruċjali lejn iż-żamma tal-eċċellenza akkademika. Waqt l-istess attività is-Segretarju Parlamentari ppreżenta żewġ premjijiet għat-teżi tal-PhD l-aktar meritevoli għall-2025.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: L-Università ta' Malta ttella' r-Research Expo 2025 – wirja ta' eċċellenza u innovazzjoni li tħares lejn il-futur
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: L-Università ta' Malta ttella' r-Research Expo 2025 – wirja ta' eċċellenza u innovazzjoni li tħares lejn il-futur
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: L-Università ta' Malta ttella' r-Research Expo 2025 – wirja ta' eċċellenza u innovazzjoni li tħares lejn il-futur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow