STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jingħataw il-Warrant 26 Perit ġdid
“Mil-lum ser tibdew tkunu l-awturi tal-futur ta’ pajjiżna” – is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia
Waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrant lil 26 perit ġdid, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia fakkar kif permezz tal-warrant miksub, dawn il-periti l-ġodda saru uffiċjalment “l-awturi tal-futur ta’ pajjiżna”.
Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia enfasizza kif pajjiżna, li huwa parti integrali mit-tibdil dinamiku li qiegħed isir madwar id-dinja, aktar minn qatt qabel, “għandu bżonn l-għerf u l-ħiliet tagħkom biex nibnu b’mod sostenibbli għaliex il-futur ta’ pajjiżna jinsab f’idejna lkoll u bħala Gvern, se nibqgħu naħdmu biex noffru l-appoġġ kollu lill-professjoni tagħkom.”
Is-Segretarju Parlamentari enfasizza, “Dan il-warrant mhuwiex sempliċiment ‘il-permess’ biex dawn is-26 perit jipprattikaw il-professjoni tagħhom, dan il-warrant huwa wegħda ta’ integrità, kompetenza u rispett lejn il-pubbliku inġenerali.”
Il-President tal-Kamra tal-Periti, il-Perit Andre Pizzuto, enfasizza kif dan il-warrant huwa rikonoxximent mill-Istat u jpoġġi fuqhom numru ta’ obbligi lejn il-pajjiż u lejhom infushom, fosthom il-wirt storiku u ambjentali ta’ pajjiżna. Il-Perit Pizzuto faħħar l-ispinti qawwija li l-Gvern għamel fl-aħħar xhur b’investiment, li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu għall-Kamra tal-Periti, biex din tkun imsaħħa bl-aħjar mod possibbli.
Il-Perit Claude Mallia, Membru tal-Bord tal-Warrant tal-Periti, spjega kif bil-kisba ta’ dan il-warrant, għal dawn is-26 Perit, ifisser l-għeluq ta’ kapitlu ta’ studju u sagrifiċċji, u l-bidu ta’ triq fejn ser ikollhom obbligi ġodda fuq spallejhom. Huwa kkonkluda jgħid li hekk kif dawn il-Periti jingħaqdu mal-kollegi tagħhom, irridu jiffurmaw Malta ġdida.
Il-warrants bdew permezz tal-Architects Ordinance tal-1919. Sena wara, fl-1920, ġiet imwaqqfa l-Kamra tal-Periti u l-ewwel warrants ħarġu mill-istess liġi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN