Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr250893
Date Icon 24/05/2025

Ġie kkonfermat li l-marda Newcastle Disease instabet f’popolazzjoni ta’ tjur f’Malta. B’reazzjoni immedjata, ġew diġà implimentati miżuri sħaħ biex il-marda tiġi kkontrollata u eradikata mill-popolazzjoni tat-tjur.

L-awtoritajiet veterinarji qed jaħdmu biex jieħdu passi konkreti u immedjati għall-immaniġġjar tas-sitwazzjoni. Dawn jinkludu kontrolli stretti, protokolli ta’ tindif u sorveljanza kontinwa tat-tjur sabiex tiġi evitata aktar infezzjoni.

Il-marda Newcastle Disease tolqot prinċipalment it-tjur u t-trażmissjoni lill-bniedem hija rari ħafna. Fil-każ improbabbli li persuna tiġi esposta, is-sintomi jkunu ħfief ħafna – bħal irritazzjoni fl-għajnejn jew sintomi simili għall-influwenza – u jistgħu jiġu kkurati faċilment. Ma hemm l-ebda evidenza ta’ trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.

L-awtoritajiet veterinarji għandhom fiduċja li l-miżuri meħuda se jikkontrollaw is-sitwazzjoni b’mod effettiv. Il-pubbliku hu mħeġġeġ biex iżomm prattiki tajbin ta’ iġjene, bħal ħasil tal-idejn wara li jmiss mal-għasafar, jew tjur u biex isegwi kwalunkwe gwida lokali dwar l-immaniġġjar jew il-kummerċ tat-tjur.

Nappellaw lill-komunità biex tistrieħ fuq informazzjoni uffiċjali u tevita t-tixrid ta’ informazzjoni żbaljata. Aġġornamenti oħra se jingħataw kif ikun meħtieġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow