Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Ftehim storiku bejn Riżorsi Agrikoli Malta u l-Awtorità tal-Artijiet

PR250882
Date Icon 23/05/2025

Waqt il-Public Service Expo 2025, ġie ffirmat ftehim importanti bejn Riżorsi Agrikoli Malta u l-Awtorità tal-Artijiet sabiex artijiet agrikoli tal-Gvern li bħalissa huma vakanti jiġu allokati għall-użu agrikolu, b’mod organizzat u sostenibbli. 

Permezz ta’ dan il-ftehim, artijiet agrikoli li ilhom mitluqin jew ma jintużawx għall-iskop oriġinali tagħhom se jiġu trasferiti mill-Awtorità tal-Artijiet lil Riżorsi Agrikoli Malta. Minn hemm, Riżorsi Agrikoli Malta se toħloq repożitorju nazzjonali ta’ artijiet agrikoli biex dawn jiġu allokati lil bdiewa żgħażagħ, dawk li jixtiequ jidħlu fis-settur, u anke bdiewa stabbiliti li jixtiequ jkabbru l-operat tagħhom.  

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo spjega, “Dan il-ftehim huwa sinjal qawwi ta’ kemm dan il-Gvern jemmen fis-settur agrikolu. Qed nieħdu azzjoni konkreta biex artijiet agrikoli jerġgħu jingħataw il-ħajja, sabiex dawk li għandhom il-ħila u r-rieda jistgħu jħaddmu l-art għall-ġid ta’ kulħadd. Huwa wkoll pass dirett biex intejbu s-sigurtà fl-ikel, u niżguraw futur aħjar għall-biedja f’Malta u Għawdex.” 

Il-Ministru Refalo enfasizza wkoll li ħafna drabi naraw artijiet mitluqin li, għalkemm jistgħu jidhru mhux attraenti viżwalment, jirrappreżentaw opportunità mitlufa għas-settur agrikolu. Din il-miżura għandha l-għan li terġa’ ddaħħal dawn l-artijiet fiċ-ċirkolazzjoni produttiva, biex inkunu qed naraw iktar għelieqi maħduma, prodotti lokali ta’ kwalità, u impatt ekonomiku pożittiv fil-komunitajiet rurali. 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li dan il-ftehim huwa pass ieħor importanti biex jingħata aktar valur lill-art agrikola f’Malta. “Grazzi għal dan il-proġett pilota l-Awtorità tal-Artijiet se tkompli timmassimizza r-riżorsi agrikoli li għandha f’idejha filwaqt li se tkun qed toffri opportunità għal min huwa interessat li jibda attività agrikola”.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi saħaq fuq l-importanza ta’ mekkaniżmu trasparenti u ta’ rati ta’ kiri li jirriflettu prezz ġust kif maqbul mal-Awtorità tal-Artijiet. Huwa fakkar li l-Gvern jibqa’ kommess li jwettaq miżuri konkreti skont il-programm elettorali u l-Budget 2025, sabiex jinħoloq futur b’saħħtu għall-agrikoltura u għal dawk kollha li jaħdmu f’dan is-settur kruċjali għal pajjiżna.

L-allokazzjoni tal-artijiet se ssir fuq bażi ta’ kiri, bil-prezz stabbilit skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 199.02. Dan se jiffaċilita wkoll l-aċċess għal art agrikola għal dawk li, minkejja l-ħeġġa, sabu diffikultà jakkwistawha b’mod konvenzjonali — partikolarment żgħażagħ li jinsabu fil-bidu tal-karriera tagħhom fis-settur. 

Dan il-ftehim jagħmel parti mir-riformi usa’ li l-Gvern qed imexxi fil-qasam tar-raba’, sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi agrikoli pubbliċi jiġu użati b’mod effiċjenti u għal skopijiet ta’ valur għoli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Ftehim storiku bejn Riżorsi Agrikoli Malta u l-Awtorità tal-Artijiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Ftehim storiku bejn Riżorsi Agrikoli Malta u l-Awtorità tal-Artijiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Ftehim storiku bejn Riżorsi Agrikoli Malta u l-Awtorità tal-Artijiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow