Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Youth Volunteering for Animals – Imniedi programm nazzjonali għall-volontarjat taż-żgħażagħ favur il-ħarsien tal-annimali

PR250870
Date Icon 22/05/2025

Waqt il-Public Service Expo 2025, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said, nediet uffiċjalment inizjattiva għall-volontarjat taż-żgħażagħ favur il-ħarsien tal-annimali.

L-inizjattiva, bl-isem YVA – Youth Volunteering for Animals, għandha l-għan li tagħti opportunità liż-żgħażagħ biex jagħtu sehem attiv favur id-drittijiet u l-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ħeġġet liż-żgħażagħ biex jipparteċipaw f’din l-inizjattiva ħalli b’hekk ikunu qed jagħmlu differenza pożittiva fis-soċjetà tagħna. “Iż-żgħażagħ huma l-futur ta’ pajjiżna. Illum qed nagħtu prova ċara li nemmnu fihom, u rridu narawhom fuq quddiem nett anke fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali,” sostniet is-Segretarju Parlamentari.

L-inizjattiva YVA se tipprovdi taħriġ strutturat u esperjenzi prattiċi ma’ annimali li jinsabu fis-santwarji u fiċ-ċentri tal-annimali madwar Malta. Permezz ta’ dan il-programm, iż-żgħażagħ se jingħataw l-opportunità li jikkontribwixxu b’mod konkret flimkien ma’ għaqdiet volontarji li diġà qed jagħmlu xogħol essenzjali ta’ kuljum.

“Kull darba li nżur dawn is-santwarji, nara b’għajnejja stess kemm hu importanti l-volontarjat ma’ dawn l-annimali. Il-preżenza ta’ żgħażagħ b’enerġija ġdida u b’ideat friski tista’ ġġib bidla sabiħa u reali filwaqt li nkompli nsaħħu l-ħidma tajba li diġà qed issir,” kompliet tgħid is-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said ħeġġet lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu differenza sabiex japplikaw u jissieħbu f’din l-inizjattiva. Hija temmet billi rringrazzjat lid-Direttur tal-Animal Welfare, il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali u lis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, għall-kollaborazzjoni u l-appoġġ f’din l-inizjattiva.

Dawk kollha li huma interessati li jkunu parti mit-tim ta’ voluntiera, jistgħu jimlew il-formola minn: https://forms.office.com/e/Rk6FKx0gFb?origin=lprLink

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Youth Volunteering for Animals – Imniedi programm nazzjonali għall-volontarjat taż-żgħażagħ favur il-ħarsien tal-annimali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Youth Volunteering for Animals – Imniedi programm nazzjonali għall-volontarjat taż-żgħażagħ favur il-ħarsien tal-annimali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Youth Volunteering for Animals – Imniedi programm nazzjonali għall-volontarjat taż-żgħażagħ favur il-ħarsien tal-annimali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Youth Volunteering for Animals – Imniedi programm nazzjonali għall-volontarjat taż-żgħażagħ favur il-ħarsien tal-annimali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow