Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Malta tilqa' l-adozzjoni tal-Ftehim Globali dwar il-Pandemiji

pr250856
Date Icon 21/05/2025

Matul it-78 laqgħa għall-Ministri tas-Saħħa f'Geneva li għaliha qed jattendi l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, ġie adottat ftehim (Pandemic Agreement) li jgħaqqad il-komunità internazzjonali fit-tħejjija u r-rispons għal eventwali pandemija. Dan bil-ħsieb li meta tiżviluppa theddida ta' traġedja globali, il-pajjiżi kollha jkunu parteċipi f'miżuri ta' konteniment, dijanjosi u riżorsi preventivi (eż. tilqim).

Dan il-ftehim jistieden lill-pajjiżi kollha u lill-organizzazzjonijiet reġjonali biex jieħdu miżuri xierqa u f'waqthom u jħejju għall-implimentazzjoni ta' strateġiji ħolistiċi. Il-prinċipji ewlenin huma ġustizzja u solidarjetà madwar d-dinja kollha, mingħajr ma jitħallew lura membri żgħar.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif Malta tappoġġja dan l-isforz storiku li jiffavorixxi l-kunċett ta' saħħa globali u kooperazzjoni multilaterali. Spjega kif għal pajjiżi żgħar bħal Malta, huwa kruċjali li jkollna garanzija ta' komunità internazzjonali aktar sigura, ġusta, trasparenti u magħquda. Tenna li permezz ta' dan il-ftehim, waqt pandemija kull pajjiż għandu rwol fid-deċiżjonijiet u kull persuna tkun tista' tgawdi minn servizzi sanitarji tal-għola livell possibbli.

F'diskussjoni dwar il-gwerer fl-Ukrajna u fil-Lvant Nofsani, il-Ministru Abela nnota b'dispjaċir il-kollass tas-servizzi sanitarji u l-provvista tal-ikel u l-għajnuna f'dawn iż-żoni ta' gwerra. Hawnhekk il-Ministru Abela reġa' tenna mill-ġdid it-talba ta' Malta għall-paċi.

“Malta tħares 'il quddiem biex tkompli tikkollabora mal-WHO, bl-għan li timmodernizza s-servizzi tas-saħħa mentali, tkompli tiżviluppa d-diġitalizzazzjoni, li tappoġġja r-reklutaġġ u l-impjegati tas-settur tas-saħħa, u l-promozzjoni tal-anzjanità attiva," temm jgħid il-Ministru Abela.

Ritratt: MHA

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Malta tilqa' l-adozzjoni tal-Ftehim Globali dwar il-Pandemiji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow