Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Mis-sena skolastika li jmiss, il-Programm GEM 16+ se jkun offrut fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School, in-Naxxar

pr250848
Date Icon 20/05/2025

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jixtieq jinforma li l-programm GEM 16+ se jkompli jingħata mis-sena skolastika li ġejja u, bħala parti mill-proċess ta' trasformazzjoni li ħareġ mill-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030, se jibda jiġi offrut fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School (GCHSS), Naxxar.

Dan il-pass se jkun qed jassigura li dawk l-istudenti li jagħżlu li jkomplu l-istudji tagħhom fil-programm GEM 16+, li huwa programm ta' sena, ikollhom l-opportunità li jkomplu jieħdu aktar taħriġ fi programmi oħra fis-snin ta' wara, fl-istess Giovanni Curmi Higher Secondary School, in-Naxxar. Dan kollu qed isir sabiex jiġi żgurat li l-istudenti li jagħżlu dan il-programm, igawdu minn ambjent edukattiv modern u integrat ma' firxa wiesgħa ta' programmi oħra ta' tagħlim post-sekondarju.

Il-programm GEM 16+ se jkun inkluż fil-prospett tal-GCHSS bħala wieħed mill-korsijiet offruti mill-iskola, flimkien mat-tliet programmi l-oħra li diġà qed jiġu mwettqa, kif ukoll programm ġdid li se jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin.

Il-ministeru għamel konsultazzjonijiet ma' diversi partijiet ikkonċernati u informa wkoll lill-edukaturi kollha li jaħdmu fil-programm GEM 16+. Dawn l-edukaturi qed jingħataw l-opportunità li japplikaw għal deployment, skont il-proċeduri normali li jsiru f'dan iż-żmien tas-sena.

Il-ministeru jtenni l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ l-opportunitajiet ta' tagħlim għal kull student, b'mod partikolari f'dawk il-perjodi ta' transizzjoni edukattiva li jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja taż-żgħażagħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow