Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta School Games 2025: ġimgħa ta’ għaqda u għarfien sportiv fost eluf ta’ studenti

pr250840
Date Icon 19/05/2025

Illum ingħata bidu uffiċjali tal-ġimgħa tal-finali tal-Malta School Games 2025, b'ċerimonja ċelebrattiva fil-Kumpless Sportiv tal-Basketball f'Ta' Qali, avveniment li qed iġib flimkien mijiet ta' tfal minn skejjel madwar Malta u Għawdex. Din hija l-aħħar ġimgħa ta' programm sportiv nazzjonali li beda fi Frar meta torċa simbolika żaret kull kulleġġ, u li matulu eluf ta' studenti ħadu sehem f'kompetizzjonijiet preliminari madwar il-pajjiż.

Fiċ-ċerimonja ta' dalgħodu l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, qal, “Il-Malta School Games huma ċelebrazzjoni ta' edukazzjoni ħolistika – fejn l-isport iħarreġ mhux biss il-fiżika imma wkoll il-karattru. Il-ġimgħa tal-finali tissimbolizza l-qofol ta' investiment fit-tfal tagħna. Qegħdin ninvestu b'mod dirett fl-edukazzjoni fiżika, inkluż permezz ta' żieda fil-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika fil-kurrikulu. Dan kollu jagħmel parti mill-viżjoni tagħna li nrawmu ġenerazzjoni attiva, b'saħħitha u konxja tas-saħħa mentali u fiżika tagħha".

Matul din il-ġimgħa, se jsiru finali nazzjonali f'diversi dixxiplini sportivi, fosthom football, basketball, handball, volleyball, table tennis u atletika, għal studenti ta' bejn id-9 u s-16-il sena. L-attivitajiet se jsiru f'faċilitajiet ewlenin fosthom il-Padiljun tal-Basketball f'Ta' Qali, it-Training Grounds f'Ta' Qali, l-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport, il-Pixxina Nazzjonali, fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera u l-istadium Matthew Micallef St John fil-Marsa.

Meta kkummenta dwar il-logħob, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal, “Dawn il-logħob bejn l-iskejjel, li l-finali se jsiru propju f'din il-ġimgħa meta aħna qed norganizzaw ukoll il-Public Service Expo, qed jimmarkaw xi ħaġa li aħna nemmnu fiha. Il-parteċipazzjoni tagħkom f'attivitajiet sportivi, eżerċizzji fiżiċi, iwasslu biex jinbnew karattri sodi. Karattri nibnuhom sodi meta napprezzaw li biex niksbu xi ħaġa rridu nitħarrġu, irridu nagħmlu sagrifiċċji. Imma mbagħad meta nirsistu, niksbu r-riżultati tajbin li mhux biss jagħmlu unur lilna, imma lill-familja u lil pajjiżna".

Għall-fażi finali qed jipparteċipaw madwar 2,000 student minn 50 skola statali, privata u indipendenti, magħżula minn fost eluf ta' parteċipanti fil-fażijiet li saru matul ix-xhur li għaddew.

Matthew Vella, is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni, qal li l-Malta School Games juru kif l-isport, l-edukazzjoni u l-inklużjoni jgħinu biex jinbena l-futur tal-istudenti tagħna. “Illum, qed inpoġġuhom fiċ-ċentru ta' dak kollu li nagħmlu, billi niċċelebraw mhux biss il-kompetizzjoni imma wkoll il-karattru, it-tim u stil ta' ħajja b'saħħtu. Bħala ministeru, nibqgħu impenjati li noħolqu aktar opportunitajiet biex l-istudenti jirnexxu fl-iskejjel u fil-ħajja. Flimkien mal-edukaturi u s-settur sportiv, qed nagħmlu differenza fil-futur tas-soċjetà".

Il-ġimgħa tal-finali mhijiex biss kompetizzjoni imma ċelebrazzjoni tal-ħbiberija, id-dixxiplina, u l-passjoni għall-isport. Il-Malta School Games isaħħu l-valuri tal-inklużjoni, l-ispirtu ta' tim, u l-edukazzjoni barra l-klassi – esperjenza li tibqa' mal-istudenti għal tul ta' żmien.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta School Games 2025: ġimgħa ta’ għaqda u għarfien sportiv fost eluf ta’ studenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta School Games 2025: ġimgħa ta’ għaqda u għarfien sportiv fost eluf ta’ studenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta School Games 2025: ġimgħa ta’ għaqda u għarfien sportiv fost eluf ta’ studenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malta School Games 2025: ġimgħa ta’ għaqda u għarfien sportiv fost eluf ta’ studenti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow